Language of document : ECLI:EU:C:2023:901

Edizzjoni Provviżorja

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKATA ĠENERALI

ĆAPETA

ippreżentati fit‑23 ta’ Novembru 2023(1)

Kawżi magħquda C29/22 P u C44/22 P

KS,

KD

vs

IlKunsill talUnjoni Ewropea (C29/22 P)

Il-Kummissjoni Ewropea (C29/22 P)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (C29/22 P)

u

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

KS,

KD,

IlKunsill talUnjoni Ewropea (C44/22 P)

IsServizz Ewropew għallAzzjoni Esterna (SEAE) (C44/22 P)

(Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) – Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK – Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (Eulex Kosovo) – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea – Reati mwettqa fil-Kosovo fl‑1999 – Dannu allegatament imġarrab minn individwi b’rabta mal-investigazzjoni insuffiċjenti tal-għajbien u l-qtil tal-membri tal-familja tagħhom – Ksur allegat tad-drittijiet fundamentali – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni – Artikoli 2, 6, 19 u 24 TUE – Artikoli 268, 275 u 340 TFUE)






I.      Introduzzjoni

1.        KS u KD tilfu l-membri tal-familja tagħhom fl‑1999 wara l-kunflitt tal-Kosovo. Dawk l-omiċidji volontarji u l-għajbien qatt ma ġew solvuti. Fl‑2008, l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet missjoni ċivili, il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (iktar ’il quddiem “Eulex Kosovo”) (2), inkarigata, inter alia, bl-investigazzjoni ta’ tali reati. KS u KD ippreżentaw rikors għad-danni kontra l-Unjoni, li fiha allegaw ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom sa fejn dawn ir-reati ma ġewx investigati kif meħtieġ.

2.        Il-qrati tal-Unjoni jistgħu jisimgħu l-azzjonijiet tagħhom? Il-Qorti Ġenerali qieset li ma setgħux. Għal din ir-raġuni ġew ippreżentati l-appelli preżenti.

3.        Il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tisma’ dawn l-appelli b’mod parallel ma’ kawża oħra, jiġifieri Neves 77 Solutions (C‑351/22), li fir-rigward tagħha l-konklużjonijiet tiegħi qegħdin jiġu ppubblikati fl-istess jum. Din il-kawża, għalkemm f’kuntest differenti, tqajjem ukoll il-kwistjoni tal-portata tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fir-rigward tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (iktar ’il quddiem il-“PESK”) prevista fl-Artikolu 24(1) TUE u fl-Artikolu 275 TFUE.

4.        Il-kuntest usa’ ta’ dawn iż-żewġ ġabriet ta’ kawżi huwa kkostitwit min-negozjati pendenti dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“KEDB”). Il-kapitoli tan-negozjati l-oħrajn kollha, li nfetħu b’riżultat tal-Opinjoni 2/13 (3), jidhru li ġew konklużi, b’eċċezzjoni għal kwistjoni rimanenti waħda: il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK.

II.    IlKuntest

5.        Din il-kawża tirriżulta mill-appelli ppreżentati minn żewġ individwi, KS u KD, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea, kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (iktar ’il quddiem id-“digriet appellat”) (4). Permezz ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ KS u KD kontra l-Unjoni Ewropea, ippreżentat abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE. KS u KD talbu kumpens għad-danni għal ksur allegat tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u tal-KEDB fl-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill li stabbilixxiet lil Eulex Kosovo. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tisma’ dan ir-rikors. Din id-deċiżjoni hija kkontestata permezz tal-appelli preżenti.

A.      Avvenimenti li taw lok għallproċeduri quddiem ilQorti Ġenerali

1.      Listabbiliment u lkompiti ta’ Eulex Kosovo

6.        L-isfond ta’ din il-kawża jmur lura għall-kunflitt fil-Kosovo ta’ matul is-snin 1998 u 1999, li fih kienu involuti l-Albaniżi tal-Kosovo u s-Serbi etniċi, meta dawn tal-aħħar kienu appoġġati mill-armata ta’ (dik li kienet) ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja. Bejn it‑28 ta’ Marzu u t‑8 ta’ Ġunju 1999, l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (iktar ’il quddiem in-“NATO”) intervjeniet billi organizzat attakki mill-ajru, li b’konsegwenza tagħhom l-armata Jugoslava rtirat il-forzi tagħha mill-Kosovo. Immedjatament wara dan kollu, fl‑10 ta’ Ġunju 1999, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1244 (1999), li pprovdiet għall-preżenza ta’ forzi internazzjonali fil-Kosovo li għadhom hemm sal-lum. Dik ir-riżoluzzjoni awtorizzat l-istabbiliment fil-Kosovo ta’ forza internazzjonali għas-sigurtà mmexxija min-NATO msejħa l-Forza tal-Kosovo jew KFOR, kif ukoll preżenza internazzjonali ċivili msejħa l-Missjoni Temporanja ta’ Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (iktar ’il quddiem l-“UNMIK”).

7.        L-UNMIK ingħatat l-awtorità, simili għal dik ta’ Stat, fuq it-territorju u l-poplu tal-Kosovo, inklużi setgħat leġiżlattivi u eżekuttivi u l-amministrazzjoni tal-ġudikatura. Madankollu, wara d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza mill-awtoritajiet tal-Kosovo u d-dħul fis-seħħ ta’ kostituzzjoni ġdida fil‑15 ta’ Ġunju 2008, il-kompiti tal-UNMIK ġew mibdula sabiex ikunu primarjament iffokati fuq il-promozzjoni tas-sigurtà, l-istabbiltà u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-Kosovo (5).

8.        Fl‑2008, l-Unjoni stabbilixxiet lil Eulex Kosovo. Wara li ġie approvat il-Pjan Operazzjonali (iktar ’il quddiem l-“OPLAN”), ir-responsabbiltajiet eżekuttivi tal-UNMIK ġew ittrasferiti lil Eulex Kosovo.

9.        Eulex Kosovo hija missjoni ċivili tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (iktar ’il quddiem il-“PSDK”) stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2008/124 (6). Il-PSDK tifforma parti integrali mill-PESK (7), li fiha l-Unjoni għandha kapaċità operattiva li tvara missjonijiet ċivili u militari u operazzjonijiet barra l-Unjoni għaż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali (8).

10.      Eulex Kosovo kienet inizjalment prevista għal perijodu ta’ sentejn u nofs (9), iżda issa ilha topera għal iktar minn ħmistax-il sena. Il-mandat attwali tagħha jagħlaq fl‑14 ta’ Ġunju 2025 (10). Madankollu, fl‑2018, l-Unjoni ddeċidiet li tirriduċi l-missjoni u l-kompiti ta’ Eulex Kosovo (11).

11.      Fit-twettiq tal-missjoni tagħha, Eulex Kosovo ngħatat l-istruzzjoni twettaq numru ta’ kompiti, li kienu jinkludu, b’mod partikolari, li “tiżgura li, b’mod adegwat, isir stħarriġ, titmexxa prosekuzzjoni, jingħataw sentenzi u jsir infurzar, skond il-liġi applikabbli, fir-rigward ta’ każijiet ta’ reati tal-gwerra, terroriżmu, kriminalità organizzata, korruzzjoni, reati inter-etniċi, reati ekonomiċi/finanzjarji u reati serji oħra” (12).

12.      Sena wara li Eulex Kosovo saret operattiva, il-Kunsill stabbilixxa l-Bord ta’ Reviżjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“HRRP”) (13) sabiex jistħarreġ ilmenti dwar ksur allegat ta’ drittijiet tal-bniedem imwettqa minn Eulex Kosovo fit-twettiq tal-mandat eżekuttiv tagħha (14).

13.      Il-HRRP għandu l-ġurisdizzjoni li jeżamina lmenti marbuta ma’ ksur allegat ta’ drittijiet tal-bniedem minn Eulex Kosovo li seħħew sa mid‑9 ta’ Diċembru 2008. Huwa għandu s-setgħa jevalwa lmenti fid-dawl ta’ numru ta’ strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, iżda, fil-prattika, l-ilmenti huma bbażati primarjament fuq il-KEDB (15).

14.      Il-HRRP għandu biss funzjonijiet konsultattivi; il-konstatazzjonijiet u r-rakkommandazzjonijiet tiegħu ma humiex vinkolanti iżda jista’ jissuġġerixxi li jiġi adottat rimedju mill-Kap tal-Missjoni. Madankollu, huwa previst espressament li l-HRRP ma jistax jirrakkomanda l-għoti ta’ kumpens monetarju (16).

2.      Rikorsi preċedenti ppreżentati minn KS u KD

15.      KS u KD huma membri immedjati tal-familja tal-persuni li għebu jew li ġew maqtula fil-Kosovo, wara l-istabbiliment ta’ UNMIK, f’Ġunju tal‑1999. Matul is-snin KS u KD ressqu diversi talbiet quddiem l-awtoritajiet rilevanti sabiex jinvestigaw dawn ir-reati iżda dan ma wassal għal ebda azzjoni jew inkella wassal biss għal ftit.

16.      Għaldaqstant, KS u KD l-ewwel ressqu l-ilmenti tagħhom quddiem il-Bord Konsultattiv għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“HRAP”), korp stabbilit sabiex jeżamina l-ksur allegat ta’ drittijiet tal-bniedem mill-UNMIK (17) u suċċessivament, meta ġiet stabbilita Eulex Kosovo, quddiem il-HRRP.

17.      Fir-rigward ta’ KS, il-HRRP ikkonstata li Eulex Kosovo kienet kisret id-drittijiet tagħha taħt il-partijiet proċedurali tal-Artikoli 2 u 3 tal-KEDB billi naqset milli twettaq investigazzjoni effettiva. Huwa kkonstata wkoll ksur tad-drittijiet tagħha tal-familja kkontemplati fl-Artikolu 8 tal-KEDB u tad-dritt għal rimedju effettiv skont l-Artikolu 13 tal-KEDB. Il-HRRP għamel numru ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni (18).

18.      Fir-rigward ta’ KD, il-HRRP ikkonstata li l-isforzi investigattivi ta’ Eulex Kosovo ma kinux suffiċjenti u rriżultaw fil-ksur tad-drittijiet tagħha ggarantiti mill-Artikoli 2 u 3 tal-KEDB u mill-Artikolu 13 tal-KEDB flimkien mal-Artikolu 2 tal-KEDB. Fir-rigward ta’ KS, il-HRRP għamel numru ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni (19).

19.      Fis-segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu (20), il-HRRP essenzjalment iddikjara li l-Kap tal-Missjoni implimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu biss parzjalment u ddeċieda li jagħlaq il-każijiet.

20.      Fid‑19 ta’ Lulju 2017, KS ippreżentat rikors kontra l-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (iktar ’il quddiem is-“SEAE”) quddiem il-Qorti Ġenerali għall-“annullament jew l-emendar” tal-Azzjoni Konġunta 2008/124 u tal-miżuri sussegwenti li emendawha, minħabba ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta u tal-Artikolu 13 tal-KEDB, u minħabba “responsabbiltà mhux kuntrattwali” ibbażata fuq il-ksur tal-Artikoli 2, 3, 6, 13 u 14 tal-KEDB (21).

21.      B’digriet tal‑14 ta’ Diċembru 2017 (22), il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors, partikolarment abbażi tal-fatt li manifestament ma kellhiex ġurisdizzjoni li toħroġ ordnijiet fil-konfront tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u li l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE kienu jipprekluduha milli tassumi l-ġurisdizzjoni għall-annullament ta’ atti tal-PESK. Il-Qorti Ġenerali ma trattatx dak ir-rikors bħala rikors għad-danni.

22.      Is-sena ta’ wara, fl‑14 ta’ Ġunju 2018, KS u KD, flimkien ma’ sitt individwi oħrajn, ippreżentaw rikors quddiem il-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Queen’s Bench (Ir-Renju Unit)). Huma talbu kumpens għad-danni mill-Unjoni, mill-Kunsill, u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, kif ukoll minn Eulex Kosovo, għall-allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom taħt il-Karta u l-KEDB.

23.      Permezz ta’ sentenza tat‑13 ta’ Frar 2019 (23), il-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Queen’s Bench) iddeċidiet li ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tisma’ din l-azzjoni. Fl-opinjoni ta’ dik il-qorti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni esklużiva biex tisma’ dik l-azzjoni u tordna l-kumpens għad-danni mitluba.

B.      Ilkuntest usa’: adeżjoni talUnjoni għallKEDB

24.      Kif ġie ddikjarat fl-introduzzjoni, il-kwistjoni tal-għan tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK skont l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE hija marbuta mal-kuntest usa’ tan-negozjati mġedda dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB.

25.      Fl-Opinjoni 2/13, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-Abbozz tal-Ftehim ta’ Adeżjoni kif propost dak iż-żmien kien inkonsistenti ma’ diversi attribwiti tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, kif stabbilit mit-Trattati. Madankollu, dik l-opinjoni kienet ħalliet miftuħa l-kwistjoni tal-kompatibbiltà ta’ dak l-Abbozz tal-Ftehim ta’ Adeżjoni mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar il-PESK. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li kien għadu ma kellhiex l-opportunità tiddefinixxi l-punt sa fejn il-ġurisdizzjoni tagħha hija limitata mill-Artikolu 24(1) TUE u mill-Artikolu 275 TFUE (24).

26.      B’reazzjoni għat-tħassib imqajjem minn dik l-opinjoni, ġie stabbilit grupp ta’ negozjati ad hoc, magħruf bħala l-Grupp “46 + 1” (25). F’Marzu tal‑2023, il-Grupp “46 + 1” laħaq qbil provviżorju unanimu dwar kważi l-kwistjonijiet kollha mqajma mill-Opinjoni (26). L-unika suġġett rimanenti huwa dak imsejjaħ basket 4, li huwa marbut mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK. Ġie miftiehem li l-Unjoni ssolvi din il-kwistjoni internament u tinforma s-sħab fin-negozjati bis-soluzzjoni li tinstab (27).

C.      Ilproċeduri quddiem ilQorti Ġenerali u ddigriet appellat

27.      Wara li r-rikorsi tagħhom ġew miċħuda mill-qorti tar-Renju Unit, KS u KD reġgħu marru quddiem il-qrati tal-Unjoni. Fid‑29 ta’ Diċembru 2020, dawn ippreżentaw rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, li bih talbu kumpens għad-danni mġarrba b’riżultat tal-ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom attribwibbli lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE, in solidum.

28.      KS u KD allegaw is-sitt istanzi ta’ ksur li ġejjin:

–        ksur tal-Artikoli 2 u tal-Artikolu 3 tal-KEDB u l-korrispondenti Artikoli 2 u 4 tal-Karta minn Eulex Kosovo;

–        ksur tal-Artikoli 6(1) u tal-Artikolu 13 tal-KEDB u l-Artikolu 47 tal-Karta minħabba nuqqas ta’ provvista ta’ għajnuna legali;

–        nuqqas li tiġi adottata azzjoni li tipprovdi rimedju meta l-konstatazzjonijiet tal-HRRP ġew ikkomunikati lill-Unjoni mill-Kap tal-Missjoni ta’ Eulex Kosovo fid‑29 ta’ April 2016;

–        użu ħażin jew abbuż mis-setgħa eżekuttiva mill-Kunsill u mis-SEAE fit‑12 ta’ Ottubru 2017 bid-dikjarazzjoni li Eulex Kosovo għamlet l-għalmu kollu tagħha sabiex tinvestiga l-ħtif u l-omiċidju probabbli tar-raġel ta’ KS u l-qtil tar-raġel u ta’ iben KD u li l-HRRP ma kienx intiż li jkun organu ġudizzjarju;

–        użu ħażin jew nuqqas ta’ użu korrett tas-setgħa eżekuttiva bit-tneħħija tal-mandat eżekuttiv ta’ Eulex Kosovo bid-Deċiżjoni 2018/856, filwaqt li l-ksur baqa’ jeżisti;

–        użu ħażin jew abbuż mis-setgħa eżekuttiva dovut għan-nuqqas li jiġi żgurat li jitwettaq stħarriġ legalment adegwat fil-każ ta’ KS, li prima facie jidher li huwa każ ta’ delitt tal-gwerra, minn Eulex Kosovo u/jew mill-Uffiċċju tal-Prosekuturi Speċjali għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni quddiem l-Awla Speċjalizzata għall-Kosovo.

29.      Fil‑25 ta’ Marzu 2021, KS u KD ressqu talba sabiex iżidu lil Eulex Kosovo bħala konvenuta fil-kawża, li ġiet miċħuda bid-deċiżjoni tal-President tal-Awla tal‑31 ta’ Marzu 2021.

30.      Fil‑5 ta’ Ġunju 2021, KS u KD ressqu talba għal miżuri istruttorji sabiex jiġi prodott l-OPLAN, li huwa dokument ikklassifikat u li għalih sar riferiment mis-SEAE fl-eċċezzjoni tagħha.

31.      Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li hija manifestament ma kellhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tisma’ l-kawża.

32.      Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali osservat li l-kawża tirriżulta minn atti jew minn aġir li kien jaqa’ fl-ambitu ta’ kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi konnessi mad-definizzjoni tal-attivitajiet, il-prijoritajiet u r-riżorsi ta’ Eulex Kosovo u mid-deċiżjoni li jiġi stabbilit bord ta’ stħarriġ bħala parti minn din il-missjoni. Skont l-Azzjoni Konġunta 2008/124, l-istabbiliment u l-attivitajiet ta’ din il-missjoni kienu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-PESK tat-Trattati (punt 28 tad-digriet appellat).

33.      Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali indikat li l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK hija ddelimitata mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE. Hija qieset li bħala regola ġenerali, il-Qrati tal-Unjoni ma għandhomx ġurisdizzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat fil-qasam tal-PESK u ta’ atti adottati abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Filwaqt li t-Trattati jistabbilixxu espressament żewġ eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju, l-ebda waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet – il-monitoraġġ tal-konformità mal-Artikolu 40 TFUE u l-istħarriġ tal-legalità ta’ miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi u legali – ma kienet tapplika għal dan il-każ (punti 29 sa 33 tad-digriet appellat).

34.      Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali għamlet distinzjoni bejn din il-kawża u kawżi oħrajn fil-qasam tal-PESK li fihom ġie kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni, senjatament is-sentenzi Elitaliana (28) H (29) u Bank Refah (30) (punti 34 sa 39 tad-digriet appellat).

35.      Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq is-sentenza Carvalho (31) sabiex tiċħad il-possibbiltà li jitwarrbu l-kundizzjonijiet stabbiliti espressament fit-Trattati sempliċiment b’riferiment għall-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (punti 40 u 41 tad-digriet appellat).

36.      Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-kawża kellha tiġi miċħuda minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni mingħajr ma eżaminat l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mis-SEAE u mingħajr ma tat deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri istruttorji mressqa minn KS u KD għall-produzzjoni tal-OPLAN (punt 42 tad-digriet appellat).

D.      Ilproċedura quddiem il-Qorti talĠustizzja

37.      Permezz tal-appell tagħhom ippreżentat fit‑12 ta’ Jannar 2022 fil-Kawża C‑29/22 P, kif ukoll tar-risposta tagħhom sottomessa fit‑2 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża C‑44/22 P, KS u KD jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara r-rikors ammissibbli, tannulla d-digriet appellat u tipprovdi għar-rimedju mitlub quddiem il-Qorti Ġenerali jew, alternattivament, tiddikjara r-rikors ammissibbli u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali għal sentenza finali. KS u KD jitolbu wkoll lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE għall-ispejjeż.

38.      Permezz tal-appell tagħha ppreżentat fid‑19 ta’ Jannar 2022 fil-Kawża C‑44/22 P, kif ukoll bir-risposta tagħha sottomessa fl‑1 ta’ April 2022 fil-Kawża C‑29/22 P, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-digriet appellat, tistabbilixxi li l-qrati tal-Unjoni għandhom ġurisdizzjoni esklużiva biex jisimgħu l-kawża, u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà u l-mertu tal-kawża. Il-Kummissjoni titlob ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja tirriżerva l-ispejjeż.

39.      Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑21 ta’ Marzu 2022, il-Kawża C‑29/22 P u l-Kawża C‑44/22 P ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-istadji bil-miktub u orali tal-proċedura u tad-deċiżjoni li ġġib il-proċeduri fi tmiemhom.

40.      Fir-risposta tiegħu sottomessa fl‑4 ta’ April 2022, il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appelli u tikkundanna lil KS u lil KD għall-ispejjeż.

41.      Fir-risposta tiegħu, sottomessa fl‑1 ta’ April 2022, is-SEAE jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja, f’każ li tqis li għandha l-ġurisdizzjoni u elementi suffiċjenti sabiex tiddeċiedi r-rikors, tiddikjara l-kawża inammissibbli sa fejn tikkonċerna lis-SEAE u tikkundanna lil KS u lil KD għall-ispejjeż.

42.      B’digrieti tas‑16 ta’ Mejju 2022 u tat‑12 ta’ Mejju 2023, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja awtorizza lir-Repubblika Franċiża u lir-Repubblika Ċeka sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill.

43.      B’digrieti tas‑27 ta’ April 2023 u tat‑12 ta’ Mejju 2023, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja awtorizza lir-Renju tal-Belġju, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Rumanija, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Isvezja jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.

44.      Fis‑27 ta’ Ġunju 2023 inżammet seduta li fiha tressqu argumenti orali minn KS u KD, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni, mis-SEAE u minn dawn l-Istati Membri.

III. Analiżi

45.      L-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE jipprovdu għal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK. Il-kawża preżenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta jekk dik il-limitazzjoni tkoprix ukoll rikors għad-danni allegatament ikkawżati minn ksur tad-drittijiet fundamentali mwettaq fl-implimentazzjoni tal-missjoni Eulex Kosovo.

46.      Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li dan huwa kopert ukoll, u għaldaqstant iddeċidiet li ma kellhiex ġurisdizzjoni. KS u KD, flimkien mal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem flimkien imsejħa l-“appellanti”), ikkontestaw din id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

47.      KS u KD jinvokaw aggravju wieħed, li huwa maqsum f’erba’ partijiet. L-ewwel parti hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 24(1) TUE u tal-Artikolu 275 TFUE. It-tieni parti hija bbażata fuq applikazzjoni żbaljata tas-sentenza mogħtija fil-kawża Bank Refah. It-tielet parti hija bbażata fuq applikazzjoni żbaljata tas-sentenza mogħtija fil-kawża Carvalho. Ir-raba’ parti hija bbażata fuq nuqqas li jiġu indirizzati l-istanzi allegati ta’ ksur ta’ drittijiet fundamentali u fuq il-klassifikazzjoni żbaljata tal-azzjoni bħala waħda li hija intiża li tikkontesta l-għażliet politiċi fil-qasam tal-PESK.

48.      Il-Kummissjoni, appoġġata mill-Gvern Belġjan, Lussemburgiż, Olandiż, Awstrijak, Rumen, Finlandiż u Svediż, tinvoka erba’ aggravji. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 24(1) TUE u tal-Artikolu 275 TFUE. It-tieni aggravju huwa bbażat fuq nuqqas ta’ klassifikazzjoni tal-azzjoni bħala waħda li tikkonċerna allegat ksur ta’ drittijiet fundamentali. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tas-sentenza mogħtija fil-kawża Bank Refah. Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ konstatazzjoni tal-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Unjoni u li jiġi żgurat rimedju effettiv għar-rikorrenti.

49.      Fis-sentenza mogħtija fil-kawża Bank Refah, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà ddeċidiet li għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ rikorsi għad-danni relatati ma’ miżuri restrittivi. Madankollu, lil hinn mill-kuntest ta’ miżuri restrittivi, din hija kwistjoni ġdida quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

50.      Qabel kollox, huwa importanti li jiġi spjegat li din il-kawża ma tqajjimx kwistjonijiet fuq il-mertu. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex qiegħda tintalab tiddeċiedi jekk l-ommissjonijiet allegati quddiem il-Qorti Ġenerali jirrappreżentawx ksur tad-drittijiet fundamentali, u, f’każ ta’ risposta fl-affermattiv, min fl-Unjoni għandu jinżamm responsabbli u jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ħlas tad-danni (32). F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li l-appell huwa fondat, dawn il-kwistjonijiet xorta waħda jkollhom jiġu indirizzati mill-Qorti Ġenerali. L-appell preżenti jqajjem biss il-kwistjoni dwar jekk il-qrati tal-Unjoni jistgħux jisimgħu r-rikorsi għad-danni mressqa minn KS u KD.

51.      Xi kummentaturi legali jidhru li ma jaqblux li l-qrati tal-Unjoni għandhom ġurisdizzjoni fil-qasam tal-PESK anki jekk ir-rikorsi għad-danni jkunu bbażati fuq allegat ksur ta’ drittijiet fundamentali (33). Oħrajn jargumentaw il-kuntrarju (34).

52.      Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ġiet wara l-Opinjoni 2/13 diġà toffri ħafna elementi sabiex tingħata risposta għall-kwistjoni mqajma mill-appelli preżenti. Għaldaqstant, huwa f’loku li jiġu studjati mill-ġdid dawk il-kawżi u li jiġu identifikati l-prinċipji diġà stabbiliti fihom.

A.      Illimitazzjoni talġurisdizzjoni filqasam talPESK hija eċċezzjoni u għandha tiġi interpretata b’mod strett

53.      Il-ġurisprudenza li tinterpreta l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 75 TFUE hija msejsa fuq il-qbil li l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni ġenerali tal-qrati tal-Unjoni bbażata fuq l-Artikolu 19(1) TUE hija eċċezzjoni, u bħala tali għandha tiġi interpretata b’mod strett (35).

54.      Fis-sentenza Mauritius (36) il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275, idaħħlu deroga għar-regola tal-ġurisdizzjoni ġenerali li l-Artikolu 19 TUE jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja biex [tiżgura] l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-[Trattati] u, għaldaqstant, għandhom jiġu interpretati b’mod strett”. Formulazzjoni simili ntużat f’kawżi sussegwenti (37).

55.      Din l-interpretazzjoni stretta s’issa ġiet applikata fi tliet gruppi ta’ kawżi. Dawn jikkonċernaw tliet tipi ta’ miżuri li l-Unjoni tista’ tadotta taħt il-bażijiet legali tal-PESK: (i) miżuri restrittivi; (ii) missjonijiet tal-Unjoni; u (iii) ftehimiet internazzjonali.

1.      Kawżi marbuta ma’ miżuri restrittivi

56.      L-ewwel grupp ta’ kawżi huwa marbut ma’ miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 29 TUE. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jipprovdi espressament li l-qrati tal-Unjoni għandhom ġurisdizzjoni biex jistħarrġu l-legalità tal-miżuri restrittivi stabbiliti taħt il-PESK meta dawn jiġu kkontestati minn individwi permezz ta’ rikorsi għal annullament f’konformità mar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

57.      Minkejja n-nuqqas ta’ riferiment espliċitu fit-test tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li tista’ tistħarreġ ukoll il-legalità ta’ miżuri restrittivi f’tipi ta’ proċeduri oħrajn.

58.      Fis-sentenza Rosneft (38) il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li tista’ tevalwa l-legalità ta’ miżuri restrittivi fi proċeduri għal deċiżjoni preliminari.

59.      Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE fis-sens li ma jagħmilx riferiment għat-tip ta’ proċedura li fiha tista’ tiġi mistħarrġa l-legalità (fi kliem ieħor, rikorsi għal annullament biss), iżda li jagħmel riferiment għat-tip ta’ deċiżjoni li tista’ tiġi mistħarrġa (fi kliem ieħor, miżuri restrittivi) (39). Hija fakkret li l-Artikoli 263 u 267 TFUE flimkien jifformaw parti minn sistema sħiħa ta’ stħarriġ tal-legalità ta’ miżuri tal-Unjoni, li jfisser li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tistħarreġ ukoll il-validità ta’ miżura restrittiva b’mod indirett, meta tali kwistjoni tqum f’kawża pendenti quddiem il-qorti nazzjonali (40). Dan huwa minnu anki jekk ma huwiex iddikjarat espliċitament fl-Artikolu 275 TFUE. Il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet riferiment ukoll għas-sentenza Foto-Frost (41), li timplika li l-qorti nazzjonali tkun obbligata li tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari u li tħalli f’idejn il-Qorti tal-Ġustizzja l-konstatazzjoni ta’ invalidità tal-miżuri restrittivi.

60.      Fis-sentenza Bank Refah (42), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-ġurisdizzjoni tagħha li tisma’ rikors għad-danni kontra l-Unjoni għal ħsara allegatament imġarrba minn individwi b’riżultat tal-miżuri restrittivi. Hija spjegat li r-rikors għad-danni huwa rikors awtonomu li għandu l-għan partikolari tiegħu fis-sistema tar-rimedji legali tal-Unjoni.

61.      Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE ma jsemmix espliċitament il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fir-rigward ta’ rikorsi għad-danni. Madankollu, tali nuqqas ta’ kliem espliċitu ma jipprekludix il-ġurisdizzjoni tagħha, ġaladarba l-limitazzjonijiet imposti fuqha fil-qasam tal-PESK għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv (43).

62.      Jidher li minn dawn il-kawżi jirriżulta li, minkejja r-riferiment espliċtu għal rikorsi għal annullament biss fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, l-individwi jistgħu jikkontestaw miżuri restrittivi fit-tipi ta’ azzjonijiet l-oħrajn kollha disponibbli quddiem il-qrati tal-Unjoni sabiex tiġi evalwata l-legalità tagħhom.

2.      Kawżi relatati ma’ missjonijiet talUnjoni

63.      It-tieni grupp ta’ kawżi li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat il-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha b’mod strett huwa relatat mal-missjonijiet tal-Unjoni. F’dawn il-kawżi, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat il-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-konstatazzjoni li l-miżura li kienet qiegħda tistħarreġ jew tinterpreta ma kinitx tirrigwarda kwistjonijiet tal-PESK, anki jekk kienet taqa’ f’dak il-qasam u bbażata fuq att ta’ PESK.

64.      Fis-sentenza Elitaliana (44), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-atti li ġew ikkontestati kienu relatati mal-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ ħelikopter lil offerenti kompetitur u taw lok għal spiża li kellha tiġi sostnuta mill-baġit tal-Unjoni, suġġett għar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni. Dawn l-atti, li l-legalità tagħhom ġiet ikkontestata b’rikorsi għal annullament u għad-danni, ġew adottati minn Eulex Kosovo fuq il-bażi tal-Azzjoni Konġunta 2008/124. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-esklużjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha f’din is-sitwazzjoni sempliċiment minħabba li l-atti inkwistjoni ġew adottati fil-qafas tal-PESK tikkostitwixxi interpretazzjoni stretta wisq tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha f’din il-politika tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE ma kinux jeskludu l-ġurisdizzjoni tagħha li tinterpreta u tapplika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni anki jekk id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ttieħdu fil-qasam tal-PESK.

65.      Fis-sentenza H (45), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni li jisimgħu rikorsi għal annullament u għad-danni ppreżentati minn membru tal-persunal ta’ missjoni ċivili tal-Unjoni b’rabta ma’ deċiżjonijiet meħuda mill-kap ta’ din il-missjoni sabiex dan tal-aħħar jiġi assenjat mill-ġdid fil-kariga reġjonali tiegħu. B’mod simili bħal fis-sentenza Elitaliana, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, filwaqt li l-atti tal-Unjoni inkwistjoni ġew adottati fil-kuntest tal-PESK u kienu marbuta ma’ azzjoni operattiva fil-qasam tal-PESK, dawn ma kinux jikkostitwixxu atti li għalihom hemm riferiment fl-Artikolu 24(1) TUE u fl-Artikolu 275 TFUE. Essenzjalment, dawn l-atti kienu jikkonċernaw kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni tal-persunal. Konsegwentement, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tistħarriġhom ma kinitx eskluża.

66.      Minn dawn il-kawżi jidher li jirriżulta li atti, anki jekk adottati fil-kuntest tal-PESK u fuq bażi legali tal-PESK, ma jaħarbux mill-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni jekk il-legalità tagħhom tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE jew ta’ liġi sekondarja adottata taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

3.      Kawżi marbuta ma’ ftehimiet internazzjonali

67.      L-aħħar grupp ta’ kawżi jikkonċerna t-tielet tip ta’ miżura li tista’ tiġi adottata fil-qasam tal-PESK, jiġifieri, ftehimiet internazzjonali. Fis-sentenza Mauritius (46) il-Parlament Ewropew talab l-annullament ta’ deċiżjoni tal-PESK adottata abbażi tal-Artikolu 37 TUE, li biha l-Unjoni kienet ikkonkludiet ftehim mal-Mauritius (47). Minkejja li l-kawża kienet tikkonċerna l-istħarriġ ta’ miżura tal-PESK, il-Parlament ikkontestaha billi bbaża ruħu fuq żbalji marbuta mal-proċedura użata għall-adozzjoni tagħha: l-Artikolu 218 TFUE, li jirregola l-proċedura għall-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali kemm fil-politika tal-PESK kif ukoll f’politiki oħrajn tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-għan tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni prevista fl-Artikolu 24(1) TUE u fl-Artikolu 275 TFUE ma jistax jiġi estiż sabiex jipprekludi lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tinterpreta u tapplika l-Artikolu 218 TFUE anki jekk dan ikun għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-legalità ta’ miżura tal-PESK.

68.      Il-kwistjoni prinċipali mqajma minn dik il-kawża kienet jekk il-bażi legali tal-PESK kinitx l-unika bażi legali sostantiva li fuqha kellu jkun ibbażat il-ftehim mal-Mauritius. Huwa interessanti li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx dik il-kawża fuq il-bażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, li jipprovdi espressament biex il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja twettaq monitoraġġ tal-konformità mal-Artikolu 40 TUE. Minflok, il-Qorti tal-Ġustizzja għażlet li tindirizza l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni billi rrestrinġiet il-portata tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni nnifisha (48), u bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq loġika simili għal dik applikata fis-sentenzi Elitaliana u H, li l-istħarriġ ta’ miżura tal-PESK huwa possibbli jekk jitwettaq fid-dawl tat-Trattat FUE jew tad-dritt sekondarju.

69.      B’kunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza suesposta, jiena tal-fehma li għandhom jintlaqgħu l-argumenti mressqa mill-appellanti (49) li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ttrattat il-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni fl-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE bħala regola, u mhux bħala eċċezzjoni.

B.      Ilkuntest usa’ tatTrattati

70.      L-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-limitazzjoni imposta fuq il-ġurisdizzjoni tagħha fil-PESK bħala eċċezzjoni u mhux bħala r-regola, bil-konsegwenza li tali limitazzjoni għandha tiġi interpretata b’mod strett, hija bbażata fuq prinċipji kostituzzjonali tal-Unjoni.

71.      Sabiex tispjega l-interpretazzjoni stretta tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-kawżi suesposti, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq il-valuri bażiċi tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, essenzjalment l-istat tad-dritt, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Bis-saħħa tal-Artikoli 21 u 23 TUE, dawn il-prinċipji japplikaw ukoll għall-PESK (50).

1.      IlPESK flistruttura tatTrattati

72.      It-Trattat ta’ Lisbona abbanduna l-istruttura tal-pilastri u inkluda l-PESK fis-sistema kostituzzjonali tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-eżerċizzju tal-kompetenza tal-PESK ukoll ġie ssuġġettat għall-istess prinċipji kostituzzjonjali bħall-politiki rimanenti tal-Unjoni.

73.      L-Artikolu 23 TUE jikkonferma dan, billi jiddikjara li l-prinċipji u l-għanijiet bażiċi tal-Unjoni kif espressi fit-Titolu 1 tal-Kapitolu 1 tat-TUE japplikaw ukoll għall-PESK.

74.      Fis-sentenza Bank Refah (51), il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-istruttura tat-Trattati nbidlet, u li t-Trattat ta’ Lisbona pprovda lill-Unjoni b’personalità ġuridika unika fl-Artikolu 47 TUE u ġab fi tmiemha d-distinzjoni bejn dik li kienet il-Komunità Ewropea u l-Unjoni. Dan kollu rriżulta, b’mod partikolari, fl-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-PESK fil-qafas ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, anki jekk il-PESK għadu suġġett għal regoli u proċeduri speċjali kif stabbiliti fl-Artikolu 24 TUE (52).

75.      Din l-evoluzzjoni tal-PESK, li ġiet injorata fir-raġunament fid-digriet appellat, hija element importanti li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta tingħata deċiżjoni dwar il-portata tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni.

76.      Sejjer issa ndur lejn il-kuntest kostituzzjonali usa’ li ppermetta lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-PESK għandha tiġi interpretata b’mod strett. Il-prinċipji żviluppati f’dawk il-kawżi għandhom jiggwidaw lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni tagħha fil-kawża preżenti.

2.      Listat taddritt, iddrittijiet fundamentali u rrwol talqrati talUnjoni

77.      L-inklużjoni tal-PESK fil-qafas kostituzzjonali tal-Unjoni tfisser li l-prinċipji bażiċi tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni japplikaw ukoll għall-attivitajiet kollha tal-Unjoni mwettqa taħt din il-politika. Dawn il-prinċipji, espressi fl-Artikolu 2 TUE, li minnhom l-istat tad-dritt, il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem huma rilevanti ferm għall-kawża preżenti, jifformaw parti mill-identità kostituzzjonali tal-Unjoni (53).

78.      Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “l-Artikolu 2 TUE ma jikkostitwixxix sempliċi artikolazzjoni ta’ linji gwida jew ta’ intenzjonijiet ta’ natura politika, iżda jinkludi valuri li jaqgħu taħt [...] l-identità nnifisha tal-Unjoni inkwantu ordinament ġuridiku komuni” (54).

79.      F’kawżi li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li huwa neċessarju li tinterpreta l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-PESK b’mod strett, hija enfasizzat li l-Artikoli 21 u 23 TUE, li jirrigwardaw rispettivament l-azzjoni esterna tal-Unjoni b’mod ġenerali u l-PESK b’mod partikolari, japplikaw il-valuri espressi fl-Artikolu 2 TUE għall-PESK (55).

80.      L-istat tad-dritt, bħala valur espress illum fl-Artikolu 2 TUE, jirrikjedi li kemm l-awtoritajiet tal-Unjoni kif ukoll dawk tal-Istati Membri jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju. Dan ġie espress mill-Qorti tal-Ġustizzja sa minn żmien is-sentenza fil-kawża Les Verts (56).

81.      L-istat tad-dritt jirrikjedi li individwi li jisiltu drittijiet mid-dritt tal-Unjoni jiġu ggarantiti protezzjoni ġudizzjarja effettiva fil-konfront tal-awtoritajiet tal-Unjoni u dawk tal-Istat Membru. Fis-sentenza Associação Sindical dos Juízes Portugueses (57), il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li tali rekwiżit huwa artikolat b’mod konkret fl-Artikolu 19(1) TUE.

82.      Din id-dispożizzjoni timponi l-kompitu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet ibbażati fl-Unjoni fuq il-qrati tal-Unjoni – drittijiet li huma kondiviżi mal-qrati tal-Istati Membri kollha (58). Bħala prinċipju, ir-rikorsi intiżi għall-protezzjoni minn atti (jew omissjonijiet) tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jinstemgħu quddiem il-qrati tal-Unjoni, filwaqt li l-individwi għandhom jitolbu protezzjoni fil-konfront tal-atti (jew tal-omissjonijiet) tal-Istati Membri quddiem il-qrati nazzjonali.

83.      Ġaladarba l-PESK hija, skont it-Trattat ta’ Lisbona, suġġetta għall-istess prinċipji kostituzzjonali bażiċi, l-istat tad-dritt fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jirrikjedi li l-qrati tal-Unjoni jiżguraw il-legalità tal-azzjonijiet tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni meta jimplimentaw din il-politika.

84.      Sabiex jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ individwi li jallegaw li d-drittijiet fundamentali tagħhom, kif iggarantiti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, ġew miksura mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni fl-eżerċizzju tal-PESK, il-qrati tal-Unjoni għandhom, bħala prinċipju, ikollhom ġurisdizzjoni sabiex jisimgħu tali allegazzjonijiet.

85.      Kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Kadi I (59), ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem jikkostitwixxi kundizzjoni tal-legalità tal-atti tal-Unjoni, u atti inkompatibbli mad-drittijiet tal-bniedem ma humiex aċċettabbli fi ħdan l-Unjoni. F’dik il-kawża, dan irriżulta fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tisma’ rikorsi ta’ individwi li d-drittijiet tal-bniedem tagħhom ġew miksura, anki jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kienu qegħdin jittrasponu (b’mod mekkaniku) l-obbligi internazzjonali tagħhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li obbligu internazzjonali ma jistax jipprevali fuq wegħda kostituzzjonali li l-Unjoni, permezz tal-qrati tagħha, tiggarantixxi lill-individwi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jiksrux id-drittijiet tal-bniedem tagħhom.

86.      Skont l-Avukat Ġenerali Poiares Maduro, “[i]d-dikjarazzjoni li miżura hija neċessarja għall-manteniment ta’ paċi u sigurtà internazzjonali ma tistax topera sabiex issikket il-prinċipji ġenerali tal-liġi [tal-Unjoni] u ċċaħħad individwi mid-drittijiet fundamentali tagħhom”(60). Huwa proprju għalhekk li “l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax [...] tinjora l-valuri fundamentali li jeżistu fil-bażi tas-sistema legali [tal-Unjoni] li għandha d-dmir li tipproteġi.”(61)

87.      Iktar reċentement, fis-sentenza Ledra Advertising (62), il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara li l-Karta hija dejjem indirizzata lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, anki meta dawn jaġixxu barra mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet fi ħdan il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (iktar ’il quddiem il-“MES”), li huwa arranġament internazzjonali maħluq barra mill-qafas legali tal-Unjoni, ma kienx ifisser li l-Kummissjoni ma hijiex marbuta bid-drittijiet fundamentali tal-Unjoni. Ir-riżultat kien li l-qrati tal-Unjoni ma setgħux jiġu preklużi milli jisimgħu rikorsi għad-danni kontra l-Unjoni bbażati fuq aġir illegali marbut ma’ tali atti.

88.      Fil-kawżi suesposti, il-prinċipju li l-konformità mad-drittijiet fundamentali tikkostitwixxi kundizzjoni għal-legalità ta’ miżuri tal-Unjoni rriżulta fil-konstatazzjoni li l-qrati tal-Unjoni għandhom ġurisdizzjoni biex jisimgħu rikorsi ppreżentati minn individwi li jallegaw li d-drittijiet fundamentali tagħhom ġew miksura. Fis-sentenza Ledra Advertising, il-Qorti tal-Ġustizzja setgħet anki tisma’ rikors għad-danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni barra mill-qafas tad-dritt tal-Unjoni, permezz ta’ att li kontrih ma setax jiġi ppreżentat rikors għal annullament, peress li kien barra l-Unjoni. B’mod simili, fis-sentenza Kadi I, individwu seta’ jitlob l-annullament ta’ miżura ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni, billi jallega li din kienet tikser id-drittijiet fundamentali, anki jekk dan l-individwu ma setax jikkontesta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-miżura li kienet qiegħda tiġi implimentata, peress li din kienet tappartjeni lis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u mhux lis-sistema tad-dritt tal-Unjoni.

89.      Għaldaqstant, a fortiori, jista’ jingħad li jeħtieġ li l-qrati tal-Unjoni jkollhom ġurisdizzjoni biex jisimgħu rikors għad-danni ppreżentat minn individwi li jallegaw li d-drittijiet fundamentali tagħhom ġew miksura, anki jekk tali rikors jikkontesta l-legalità ta’ att tal-Unjoni fil-PESK, li, meta mqabbel mal-att inkwistjoni fis-sentenza Ledra Advertising, huwa att fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni.

90.      Dawn il-prinċipji bażiċi tad-dritt kostituzzjonali tal-Unjoni, b’mod speċifiku l-istat tad-dritt, il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li jiġġustifikaw is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li fihom ġie kkonstatat li l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha skont l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE hija eċċezzjoni u mhux regola, u għandha tiġi interpretata b’mod strett, ġew injorati mill-Qorti Ġenerali fid-digriet appellat. Il-Qorti Ġenerali għamlet distinzjoni bejn, minn naħa, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Elitaliana, H u Bank Refah, u, min-naħa l-oħra, il-kawża preżenti, fuq il-bażi ta’ raġunament strett u formalistiku. Essenzjalment hija sostniet li dawk is-sentenzi ma kinux paragunabbli mas-sitwazzjoni fil-kawża preżenti sempliċiment peress li oriġinaw minn kuntest fattwali differenti (63), u b’hekk injorat totalment il-prinċipji ġenerali li fuqhom huma msejsin dawn is-sentenzi u li huma applikabbli fi kwalunkwe kawża li tkun teħtieġ interpretazzjoni tal-limiti tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK.

91.      Konsegwentement, l-argument invokat mill-appellanti (64), li l-Qorti Ġenerali wettqet distinzjoni żbaljata ta’ dawn is-sentenzi, għandu jiġi aċċettat.

92.      Għal din ir-raġuni, il-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza l-mistoqsija segwenti: għad hemm lok li tingħata tweġiba dwar kif dawn ir-rekwiżiti bażiċi tat-Trattati kif interpretati fil-ġurisprudenza jinċidu fuq it-tweġiba għall-mistoqsija mqajma fil-kawża preżenti?

C.      Linterpretazzjoni talArtikolu 24(1) TUE u talArtikolu 275 TFUE filkawża preżenti

1.      Interpretazzjoni, mhux modifika, tatTrattati

93.      Fid-dawl tal-prinċipji suesposti, fl-opinjoni tiegħi jidher ċar li l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni biex jisimgħu rikors li permezz tiegħu individwu jitlob protezzjoni minn ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu ma tistax tiġi eskluża sempliċiment għaliex dan il-ksur twettaq fil-kuntest tal-PESK. Konsegwentement, l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal rikorsi għad-danni għall-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali li joriġina minn miżura tal-PESK.

94.      Madankollu, l-istat tad-dritt mhux biss jagħti s-setgħa lill-qrati tal-Unjoni jiżguraw li istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni josservaw id-dritt, iżda jobbliga lill-qrati tal-Unjoni nnifishom isegwu d-dritt.

95.      Għaldaqstant il-mistoqsija li tista’ ssir hija x’inhi l-lealtà lejn id-dritt li għandha tintwera mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għandha din tal-aħħar tosserva strettament il-kliem tat-Trattati li jillimita l-ġurisdizzjoni tagħha fil-PESK, jew għandha tagħti preferenza lill-prinċipji kostituzzjonali tal-Unjoni u tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni neċessarja sabiex tipproteġi d-drittijiet fundamentali, anki jekk din ma hijiex prevista espliċitament mill-kliem tat-Trattati?

96.      Fis-sentenza Les Verts, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li kien ikun aħjar mill-perspettiva tal-istat tad-dritt li jsir intervent fil-kliem tat-Trattat (65). Kif iddikjarat mill-Avukat Ġenerali Mancini fil-konklużjonijiet tiegħu f’dik il-kawża, “l-obbligu ta’ osservanza tad-dritt jipprevali fuq il-kliem strett tal-liġi miktuba. Kull meta jkun meħtieġ fl-interessi tal-protezzjoni ġudizzjarja, il-Qorti tal-Ġustizzja hija ppreparata li tikkoreġi jew tikkompleta r-regoli li jillimitaw is-setgħat tagħha f’isem il-prinċipju li jiddefinixxi l-missjoni tagħha” (66).

97.      Madankollu, fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-ġurisprudenza, kif imtennija reċentement fis-sentenza Carvalho (67) tipprekludiha milli tassumi l-ġurisdizzjoni fil-kawża preżenti. Il-Qorti Ġenerali spjegat li, għalkemm id-dispożizzjonijiet marbuta mal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, dan ma jistax ikollu l-effett li jitwarrbu l-kundizzjonijiet stabbiliti espressament fit-Trattati.

98.      L-appellanti jargumentaw (68) li din il-ġurisprudenza tista’ tiġi distinta u għalhekk ma hijiex applikabbli għall-kawża preżenti peress li hija marbuta mal-kundizzjonijiet li jirregolaw rikorsi għal annullament ippreżentati minn individwi, u mhux rikorsi għad-danni.

99.      Jiena ma naqbilx li din hija r-raġuni għad-distinzjoni ta’ din il-ġurisprudenza. Għall-kuntrarju, naħseb li r-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Carvalho hija applikabbli għall-kawża preżenti sa fejn tesprimi l-prinċipju li r-rekwiżit ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva ma jistax waħdu jwassal għat-tibdil tat-Trattati mill-qrati tal-Unjoni.

100. Madankollu, dan ma jipprekludix lill-qrati tal-Unjoni milli jinterpretaw it-Trattati f’konformità mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fl-opinjoni tiegħi, il-qrati tal-Unjoni huma saħansitra obbligati li jagħmlu dan.

101. Fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża SatCen vs KF (69), l-Avukat Ġenerali Bobek b’mod simili kkonkluda: “Fi kliem sempliċi, l-Artikolu 47 tal-Karta ma jippermettix li l-Qorti tal-Ġustizzja tikteb mill-ġdid it-Trattati, iżda jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta d-dispożizzjonijiet eżistenti sabiex huma jkunu jistgħu jilħqu l-‘potenzjal kollu tagħhom’ bl-għan li jipprovdu protezzjoni ġudizzjarja lil kull persuna milquta minn atti ta’ istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni.”

102. Fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet tabilħaqq il-ħtieġa li tinterpreta l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (70). Madankollu, hija naqset milli tipprova tagħmel dan.

103. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ħalliet miftuħa l-mistoqsija dwar jekk il-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-PESK tistax tiġi interpretata b’tali mod li tiżgura protezzjoni ġudizzjarja effettiva fil-kawża preżenti.

104. Fil-kuntest ta’ dawn l-appelli, din hija preċiżament il-mistoqsija li għandha ssir u tiġi mwieġba. Tista’ l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fl-Artikolu 24(1) TUE u fl-Artikolu 275 TFUE tiġi interpretata fis-sens li teskludi rikorsi għad-danni minħabba ksur tad-drittijiet fundamentali mill-Unjoni anki jekk dan (allegatament) iseħħ fil-qasam tal-PESK?

2.      Largumenti talpartijiet u talintervenjenti

105. L-appellanti jargumentaw (71) li l-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra li r-rikors għad-danni kien ibbażat fuq allegat ksur tad-drittijiet fundamentali u milli tinterpreta l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-PESK fid-dawl tad-drittijiet fundamentali u tal-istat tad-dritt. Il-Gvern Belġjan, Lussemburgiż, Olandiż, Awstrijak, Rumen, Finlandiż u Svediż, li intervjenew insostenn tal-Kummissjoni, jenfasizzaw li, fid-dawl tal-valuri bażiċi tal-Unjoni u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-qrati tal-Unjoni għandu jkollhom ġurisdizzjoni fuq rikorsi għad-danni li jikkonċernaw allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fil-PESK. Barra minn hekk, il-Gvern Ċek jikkontendi li, filwaqt li huwa jappoġġa l-pożizzjoni tal-Kunsill, il-qrati tal-Unjoni għandhom ġurisdizzjoni sabiex janalizzaw atti fil-qasam tal-PESK jekk dawk l-atti jistgħu jwasslu għall-ksur ta’ drittijiet fundamentali.

106. B’mod iktar speċifiku, il-Kummissjoni ssostni li l-kawża preżenti tikkonċerna allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u li l-PESK huwa sempliċiment il-kuntest. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha quddiemha dak li essenzjalment huwa “rikors għad-danni marbut mad-drittijiet tal-bniedem” ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni b’rabta ma’ miżura tal-PESK.

107. Dan l-argument jidher li huwa bbażat fuq loġika simili għal dik li fuqha kienet ibbażata l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni f’kawżi bħal Mauritius, Elitaliana u H. Anki jekk il-qrati tal-Unjoni huma mistiedna jagħtu deċiżjoni dwar il-legalità ta’ att tal-PESK, is-sitwazzjoni fil-kawża preżenti ma hijiex koperta bil-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Artikolu 24(1) TUE u tal-Artikolu 275 TFUE peress li l-legalità ta’ dan l-att tiddependi fuq l-interpretazzjoni tal-liġi li tinsab fil-Karta.

108. Il-Kummissjoni ssostni wkoll li ma teżisti deroga taħt ebda dispożizzjoni tat-Trattati mill-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fir-rigward ta’ ksur allegat ta’ drittijiet fundamentali fi kwalunkwe qasam tad-dritt tal-Unjoni, inkluż fil-PESK. Qari tal-Artikolu 24(1) TUE u tal-Artikolu 275 TFUE b’mod li jkun iċaħħad lill-individwi milli jippreżentaw rikorsi li jallegaw ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom fil-qasam tal-PESK ikun jippreġudika l-karatteristiċi essenzjali tas-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja skont it-Trattati kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja.

109. Il-Kunsill u s-SEAE jargumetaw li l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-kawża preżenti hija prekluża mill-Artikolu 24(1) TUE u mill-Artikolu 275 TFUE, u li ma tapplika ebda waħda mill-kategoriji ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja marbuta mal-PESK. Madankollu, il-Kunsill ma jeskludix totalment il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fir-rigward ta’ ksur allegat tad-drittijiet fundamentali fil-qasam tal-PESK, u jenfasizza li għandhom jinstabu kriterji adatti sabiex jiġi ppreżervat l-effett utli tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jillimitaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK. Skont il-Kunsill, għandha ssir distinzjoni ċara bejn atti li jimplikaw għażliet ta’ politika, li ma humiex suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, u atti li huma intiżi li jimplimentaw azzjonijiet konkreti, li huma suġġetti għal tali stħarriġ. Bħala prinċipju, l-azzjonijiet konkreti ma jinvolvux għażliet politiċi iżda jikkostitwixxu s-sempliċi eżekuzzjoni ta’ dawn l-għażliet fil-kuntest tal-PESK.

110. Madankollu, il-Gvern Franċiż, li intervjena insostenn tal-Kunsill, jikkunsidra li d-distinzjoni bejn deċiżjonijiet politiċi u deċiżjonijiet oħrajn tal-PESK ma hijiex waħda fattibbli. Skont dan l-Istat Membru, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jillimitaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK għandhom jiġu interpretati skont il-formulazzjoni tagħhom, jiġifieri li l-qrati tal-Unjoni għandhom ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ miżura tal-PESK biss f’żewġ eċċezzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE.

3.      Lgħan tallimitazzjoni talġurisdizzjoni filqasam talPESK

111. Jiena naqbel mal-Gvern Franċiż u mal-Kunsill li l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK ma tistax tiġi injorata u li għandha tingħata xi sinjifikat. Dan kollu jwassalni għal kwistjoni importanti, li hija, fl-opinjoni tiegħi, iċ-ċavetta għad-definizzjoni tal-konfini tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK: x’inhuwa l-għan tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni?

112. Id-distinzjoni ssuġġerita mill-Kunsill u mis-SEAE bejn deċiżjonijiet politiċi jew strateġiċi, fuq naħa, u s-sempliċi miżuri amministrattivi fil-qasam tal-PESK, fuq in-naħa l-oħra, tista’ tirrifletti l-intenzjoni tal-awturi tat-Trattati li jżommu lill-qrati tal-Unjoni ’l bogħod milli jinfluwenzaw l-għażliet politiċi fil-qasam tar-relazzjonijiet esteri. Huwa minnu li fil-maġġoranza tal-każijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja tkun mistiedna tinterpreta regola, hija tista’ tagħmel għażla dwar it-tifsira tagħha. Anki jekk l-għażla tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun iggwidata minn xi regoli u interessi oħrajn, xorta waħda hija għażla (72).

113. Jeżistu kwistjonijiet li fir-rigward tagħhom l-għażla għandha titħalla esklużivament għall-proċess politiku. L-Avukat Ġenerali Wathelet ikkunsidra fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Rosneft li “l-limitazzjoni tal-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-PESK permezz tal-klawżola ta’ ‘carve-out’ hija mmotivata bil-fatt li l-atti PESK huma, bħala regola, intenzjonati biss sabiex jirrediġu deċiżjonijiet ta’ natura purament politika marbuta mal‑eżerċizzju tal-PESK, li stħarriġ ġudizzjarju fil-konfront tagħhom huwa diffiċli li jiġi rrikonċiljat mas-separazzjoni tal-poteri” (73). Għaldaqstant, il-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni tista’ tinftiehem bħala tip ta’ “duttrina ta’ kwistjonijiet politiċi” ikkodifikata (74). Jista’ jkun li l-awturi tat-Trattati qiesu li huwa neċessarju li dan jiġi ddikjarat b’mod espliċitu, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet (għadha) (75) mhux ippreparata sabiex tiżviluppa tali duttrina.

114. Tabilħaqq, fid-dawl tal-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri (li jsir riferiment għalih bħala l-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali fl-Unjoni), li jifforma parti importanti mill-istat tad-dritt u l-prinċipju tad-demokrazija (76) ma hijiex il-prerogattiva tal-qrati li jissostitwixxu għażliet ta’ politika magħmula mill-istituzzjonijiet politiċi kompetenti.

115. Madankollu dan huwa minnu għal kull qasam tad-dritt tal-Unjoni, mhux għal dak tal-PESK biss. Il-qrati tal-Unjoni ma humiex mistennija li jissostitwixxu l-għażliet politiċi magħmula mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li skont it-Trattati ngħataw is-setgħat deċiżjonali. Madankollu, f’demokraziji kostituzzjonali, l-għażliet ta’ politika ma humiex illimitati. F’Unjoni bbażata fuq l-istat tad-dritt, ma setgħetx kienet l-intenzjoni tal-awturi tat-Trattati li jippermettu ksur tad-drittijiet fundamentali fil-qasam tal-PESK. Ġaladarba l-ksur ta’ dritt fundamentali ma jistax ikun għażla politika, il-qrati tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jistħarrġu jekk inqabiżx dan il-limitu (77). B’dan il-mod biss dawn tal-aħħar jistgħu jwettqu l-missjoni tagħhom li fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati jiġi osservat id-dritt.

116. Dan iwassal għall-konklużjoni li l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni li jistħarrġu kwalunkwe miżura adottata fil-qasam tal-PESK, inkluża dik politika jew strateġika, sabiex tiżgura l-konformità tagħha mad-drittijiet fundamentali ma tistax tiġi eskluża permezz tal-Artikolu 24(1) TUE u mill-Artikolu 275 TFUE.

117. Nirrikonoxxi li r-rispett tad-drittijiet fundamentali jista’ jiġi żgurat b’modi differenti, u jista’ jħalli ċertu spazju għal għażliet ta’ politika. Il-maġġoranza tad-drittijiet iggarantiti mill-Karta jistgħu jiġu limitati jekk tali limitazzjoni taqdi għan leġittimu ieħor u tiksbu b’mod proporzjonali (78). Għaldaqstant, pereżempju, id-dritt għal protezzjoni tad-data personali (taħt l-Artikolu 8 tal-Karta) jista’ jiġi limitat sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu internazzjonali, jew id-dritt għall-proprjetà (taħt l-Artikolu 17 tal-Karta) jista’ jiġi mrażżan sabiex tiżdied l-effettività tas-sanzjonijiet introdotti kontra Stat terz. L-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjonijiet kif ukoll l-adegwatezza u n-neċessità tal-miżuri li jillimitaw ċerti drittijiet jistgħu jvarjaw. F’dan ir-rigward, hemm raġuni wara l-approċċ rispettuż tal-qrati tal-Unjoni fir-rigward tal-għażliet politiċi fi kwistjonijiet kumplessi ta’ politika internazzjonali. Il-Qorti tal-Ġustizzja jidher li hija sensittiva għal dan it-tħassib, kif intwera fil-ġurisprudenza tagħha (79). Madankollu, anki jekk hemm lok li jiġi diskuss il-livell adatt ta’ skrutinju, il-qrati tal-Unjoni ma jistgħux jiġu esklużi mir-rwol kostituzzjonali tagħhom li jipprovdu għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali meta din tintalab mill-individwi.

118. Nista’ naqbel li hemm ċerti għażliet strateġiċi li magħhom il-qrati tal-Unjoni tabilħaqq ma jistgħux jinterferixxu. Pereżempju, fl-opinjoni tiegħi, il-qrati tal-Unjoni ma jistgħux jevalwaw jekk l-Unjoni għandhiex tvara missjoni f’ċertu parti tad-dinja. Dan huwa minnu, anki jekk l-istabbiliment ta’ tali missjoni jista’ jtejjeb is-sitwazzjoni mill-perspettiva tad-drittijiet tal-bniedem ta’ nies f’dik iż-żona. Madankollu, ladarba tiġi adottata d-deċiżjoni politika ta’ involviment f’ċertu pajjiż jew kunflitt, il-qrati tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jistħarrġu jekk ġietx imfassla u implimentata b’mod li ma tinterferixxix b’mod sproporzjonat mad-drittijiet tal-bniedem.

119. Xi deċiżjonijiet f’dan ir-rigward jirrikjedu approċċ iktar rispettuż lejn ir-raġunijiet ipprovduti mill-Kunsill jew minn korp ieħor responsabbli. Pereżempju, id-disponibbiltà tal-finanzjament għal missjoni partikolari tista’ effettivament tinfluwenza d-drittijiet tal-persuni li l-għajbien tal-membri tal-familja tagħhom ma ġiex investigat b’suċċess. Madankollu, il-qrati tal-Unjoni għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-argumenti dwar il-kapaċità ġenerali finanzjarja u tal-persunal tal-Unjoni li għandha missjonijiet madwar id-dinja u ma jistgħux jikkritikaw kif inhu l-aħjar li dawn ir-riżorsi jitqassmu. Biss, dan ma jeskludix għalkollox il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, il-ħtieġa ta’ approċċ rispettuż u l-livell ta’ skrutinju huma kwistjonijiet li jqumu ladarba tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni.

120. Konsegwentement, ma nistax naqbel mal-Kunsill li, fil-kawża preżenti, il-qrati tal-Unjoni jistgħu jevalwaw biss jekk Eulex Kosovo kkonformatx ruħha mad-drittijiet fundamentali fit-tmexxija tal-investigazzjonijiet tagħha iżda li l-qrati tal-Unjoni ma għandhomx ġurisdizzjoni fir-rigward tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jtemmu l-mandat eżekuttiv ta’ Eulex Kosovo jew fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti lil Eulex Kosovo, peress li dawn jinvolvu deċiżjonijiet politiċi u strateġiċi li ma humiex suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju. Jekk dawn l-għażliet politiċi jew strateġiċi jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali, il-qrati tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jisimgħu tali lment minn individwu, minkejja li huwa probabbli li jkunu jifhmu r-raġunijiet mogħtija mill-Kunsill fl-evalwazzjoni tagħhom dwar jekk dawn l-għażliet jiksrux id-drittijiet fundamentali.

4.      X’inhu eskluż millġurisdizzjoni talqrati talUnjoni fil-kwistjonijiet ta’ PESK?

121. Il-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi estiża sal-punt li jiġi eskluż l-istħarriġ tal-konformità ta’ miżuri ta’ PESK mad-drittijiet fundamentali. X’inhu għalhekk l-iskop ta’ din il-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni?

122. Fl-opinjoni tiegħi, il-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tkopri żewġ kwistjonijiet. Fl-ewwel lok, il-qrati tal-Unjoni ma jistgħux jistħarrġu l-konformità ta’ atti ta’ PESK mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar il-PESK (80). Fit-tieni lok, il-qrati tal-Unjoni ma jistgħux jinterpretaw dawn ir-regoli primarji tal-PESK, u lanqas l-atti tal-PESK adottati fuq il-bażi ta’ dawn ir-regoli. Ovvjament, meta jkunu qegħdin iwettqu stħarriġ tal-legalità ta’ atti ta’ PESK fid-dawl tad-drittijiet fundamentali, il-qrati tal-Unjoni ma jistgħux jevitaw għalkollox l-interpretazzjoni ta’ regoli ta’ PESK, peress li din hija prekundizzjoni għall-evalwazzjoni tal-konformità tagħhom ma’ dawn id-drittijiet (81). Madankollu, f’dan ir-rigward, il-qrati tal-Unjoni għandhom jimxu mal-ispjegazzjoni tat-tifsira ta’ ċerta għażla politika pprovduta mill-awtur tagħha, u jevalwaw jekk l-għażla kif mifhuma taqbiżx il-limitu stabbilit mill-Karta.

123. Madankollu, dment li l-għażla politika magħmula minn miżura ta’ PESK ma taqbiżx il-limiti imposti mill-qafas kostituzzjonali tal-Unjoni, l-involviment tal-qrati tal-Unjoni huwa eskluż. Jekk regola ta’ PESK tista’ tiġi interpretata fi tliet metodi possibbli (A, B jew Ċ) u ebda interpretazzjoni minnhom ma tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tagħżel bejn A, B u Ċ. Dan imbagħad ifisser li r-rwol importanti l-ieħor li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja skont it-Trattati – li tiżgura l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni – huwa nieqes fil-qasam tal-PESK. Jekk l-uniformità għandha tiġi żgurata, il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha tingħata s-setgħa li tagħżel bejn interpretazzjonijiet possibbli differenti ta’ regola. Ġaladarba dan huwa eskluż, għandu jiġi preżunt li l-awturi tat-Trattati aċċettaw id-diverġenzi li jistgħu jirriżultaw meta miżuri tal-PESK jiġu implimentati fi Stati Membri differenti. Il-kawża Neves 77 Solutions, li l-konklużjonijiet tiegħi fiha ukoll qegħdin jiġu ppubblikati llum, tikkostitwixxi eżempju ta’ tali sitwazzjoni.

124. Fil-qosor, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni huma dejjem marbuta bid-drittijiet fundamentali, u l-għażla li jinkisru dawn id-drittijiet ma hijiex għażla politika jew strateġika disponibbli, inkluż fil-qasam tal-PESK. Jekk l-għan tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-PESK huwa li l-qrati tal-Unjoni jkunu preklużi milli jintervjenu f’deċiżjonijiet politiċi u strateġiċi fil-qasam tal-PESK, tali għan ma jirrikjedix l-esklużjoni tal-ġurisdizzjoni sabiex jiġi mistħarreġ allegat ksur ta’ drittijiet fundamentali. Hemm limitu impost fuq id-deċiżjonijiet politiċi u strateġiċi, peress li dawn qatt ma jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali. Għalhekk, l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lill-qrati tal-Unjoni milli jissorveljaw tali limiti kostituzzjonali billi jisimgħu rikorsi għad-danni ppreżentati minn individwi għal ksur allegat ta’ drittijiet fundamentali minn miżuri ta’ PESK.

5.      Ittieni paragrafu talArtikolu 275 TFUE

125. L-Artikolu 24(1) TUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE huma ta’ spiss deskritti bħala dispożizzjonijiet “carve-out” peress jaqtgħu barra parti mill-ġurisdizzjoni ġenerali tal-qrati tal-Unjoni taħt l-Artikolu 19 TUE. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE imbagħad huwa deskritt bħala dispożizzjoni “claw-back”, peress li jġib lura r-regola eskluża fi ħdan l-ambitu tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni (82).

126. Jekk tinftiehem ir-relazzjoni bejn l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 275 TFUE b’dan il-mod, il-loġika tirrikjedi li d-dispożizzjoni “claw-back” hija applikabbli biss jekk id-dispożizzjonijiet “carve-out” ikunu eskludew il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni f’sitwazzjoni partikolari. Jiena kkonkludejt li l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ ksur possibbli ta’ drittijiet fundamentali ma jistax jiġi “carved out” mill-ġurisdizzjoni ġenerali tal-qrati tal-Unjoni anki jekk l-att li għandu jiġi mistħarreġ huwa miżura ta’ PESK. Għaldaqstant, id-dispożizzjoni “claw-back” tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE tkun irrilevanti għall-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni f’rikorsi għad-danni bbażati fuq ksur allegat ta’ drittijiet fundamentali.

127. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE ma għandux jiġi interpretat bħala dispożizzjoni “claw-back”, li tirripristina l-istat “normali” tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet elenkati. Minflok, jiena tal-opinjoni li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE għandu jiġi interpretat bħala dispożizzjoni li tiċċara l-interpretazzjoni tal-għan tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 24(1) TUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE.

128. Kif ġie nnotat (83) il-kliem tal-Artikolu 24(1) TUE u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE ma huwiex identiku. L-Artikolu 24(1) TUE jeskludi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fir-rigward ta’ “dawn id-dispożizzjonijiet”, b’riferiment għad-dispożizzjonijiet imsemmija fis-sentenzi preċedenti tal-Artikolu 24(1) TUE. Dawn id-dispożizzjonijiet jiddikjaraw li, fl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ PESK il-Kunsill bħala prinċipju jaġixxi b’mod unanimu; li atti leġiżlattivi huma esklużi fil-PESK; li l-PESK għandha tiġi implimentata jew mill-Unjoni jew mill-Istati Membri, u li l-Parlament u l-Kummissjoni għandhom rwoli speċifiċi fi ħdan il-PESK. Madankollu, l-Artikolu 24(1) TUE jipprovdi li l-qrati tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jissorveljaw il-konformità mal-Artikolu 40 TUE u jistgħu jistħarrġu l-legalità ta’ ċerti deċiżjonijiet tal-PESK. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 24(1) TUE jirreferi għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE.

129. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE imbagħad jirrepeti l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni li hija diġà espressa fl-Artikolu 24(1) TUE, iżda jżid li din il-limitazzjoni tapplika mhux biss għal “dawn id-dispożizzjonijiet”, jiġifieri tal-Kapitolu 2 tat‑Titolu V tat-TUE, iżda wkoll għal atti adottati fuq il-bażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Kif irrikonoxxut fil-ġuridprudenza, din il-limitazzjoni hija waħda stretta. F’dan ir-rigward, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jispjega dak li ma jistax jiġi “carved out”. B’differenza għall-ewwel paragrafu, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’, inkwantu jiċċara l-interpretazzjoni (stretta) tal-għan tal-“carve-out”.

130. Ir-riferiment għall-Artikolu 40 TUE fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha żżomm il-ġurisdizzjoni fuq il-bilanċ istituzzjonali previst mit-Trattati. Tilwim li jaqa’ fi ħdan din il-kategorija huwa dak dwar il-bażi legali xierqa għall-adozzjoni ta’ ċerta miżura, u normalment ikun immotivat mid-differenza fis-setgħat mogħtija lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni mingħand dawk il-bażijiet legali differenti. Eżempji ta’ tali tilwim huma l-kawżi Mauritius u Tanzania li għalihom sar riferiment iktar ’il fuq (84).

131. Ir-riferiment għal rikorsi għal annullament fir-rigward ta’ miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi jidher pjuttost strett. Madankollu, dan jista’ jinftiehem f’sens usa’ bħala li jirrikjedi li l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni ma tistax tkun limitata fir-rigward tal-istħarriġ tal-legalità ta’ miżuri ta’ PESK li jirrestrinġu d-drittijiet tal-individwi.

132. Spjegazzjoni sempliċistika, iżda, fl-opinjoni tiegħi, plawżibbli għall-inklużjoni verbatim ta’ rikorsi għal annullament biss ippreżentati minn individwi kontra miżuri restrittivi hija li fil-mument tal-adozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, minħabba l-ġurisprudenza Kadi, il-ksur possibbli tad-drittijiet tal-individwi minn miżuri restrittivi kien eżempju ovvju (85). Madankollu, moqri fid-dawl tal-Artikolu 24(1) TUE, li jagħmel riferiment b’mod iktar ġenerali għall-istħarriġ ġudizzjarju ta’ ċerti miżuri, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jista’ jiġi interpretat fis-sens li jiżgura li ma hemmx limitazzjoni fuq l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ dawk il-miżuri kollha ta’ PESK li jirrestrinġu d-drittijiet tal-individwi.

133. Jekk ir-relazzjoni bejn iż-żewġ paragrafi tal-Artikolu 275 TFUE tinftiehem fis-sens li t-tieni paragrafu jiċċara l-interpretazzjoni tal-ewwel wieħed, il-“linja l-ħamra” għal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni hija kkostitwita mir-rwol kostituzzjonali assenjat mit-Trattati lill-qrati tal-Unjoni. Dan jikkonċerna, fl-ewwel lok, is-salvagwardja tal-istruttura istituzzjonali stabbilita fit-Trattati u, fit-tieni lok, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi.

6.      Irrwol possibbli talqrati nazzjonali

134. Huwa ċar li l-miżuri ta’ PESK ma għandhomx jiksru d-drittijiet fundamentali tal-individwi. Huwa ċar ukoll li l-istħarriġ ġudizzjarju fir-rigward ta’ ksur allegat tad-drittijiet fundamentali għandu jkun disponibbli. Madankollu, jista’ jiġi argumentat li ma hemmx il-ħtieġa li tali każijiet jinstemgħu mill-qrati tal-Unjoni, iżda jistgħu jiġu sottomessi għall-ġurisdizzjoni ta’ qrati nazzjonali (86).

135. Skont l-Artikolu 274 TFUE, tilwim li fih hija parti l-Unjoni ma huwiex eskluż mill-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali fuq din il-bażi. Jekk l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE jiġu interpretati fis-sens li jeskludu l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni għal rikorsi għad-danni bbażati fuq ksur tad-drittijiet fundamentali allegatament ikkawżat minn miżuri ta’ PESK, tali pretensjonijiet xorta waħda jistgħu jinstemgħu minn qrati nazzjonali, anki jekk dawn il-pretensjonijiet ikunu diretti lejn l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni.

136. Tali soluzzjoni tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva? Fil-pożizzjoni tagħha fl-Opinjoni 2/13 (87), l-Avukata Ġenerali Kokott ikkunsidrat li din tkun tissodisfahom. Madankollu, l-analiżi tagħha bdiet mill-pożizzjoni li l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fl-Artikolu 24(1) TUE u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE hija r-regola, u mhux l-eċċezzjoni (88), pożizzjoni li ġiet issostitwita minn ġurisprudenza sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

137. Fl-opinjoni tiegħi, u dan jintwera b’mod ċar mill-kawża preżenti, jeżisti dubju dwar jekk il-qrati nazzjonali jkunux jistgħu jipprovdu protezzjoni ġudizzjarja effettiva lil individwi fis-sitwazzjonijiet kollha li fihom l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jiksru d-drittijiet tagħhom permezz ta’ miżuri ta’ PESK. Kif inhu indikat mill-Gvern Ċek u Lussemburgiż, hemm ħafna ostakli prattiċi għall-aċċess lejn qrati nazzjonali fir-rigward ta’ tali rikorsi. Wieħed jista’ jistaqsi, pereżempju, liema qorti u ta’ liema Stat Membru għandha tisma’ rikors kontra miżuri adottati minn missjoni tal-Unjoni stabbilita f’pajjiż terz? KS u KD ipprovaw jippreżentaw rikors quddiem il-qrati tar-Renju Unit (fi żmien qabel il-Brexit). Kif spjegajt iktar ’il fuq, il-qorti nazzjonali kkunsidrat li r-rikors ma kienx jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. Tali ċaħda ta’ ġurisdizzjoni minn qorti nazzjonali tista’, madankollu, tiġi ssorvolata jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tadotta l-pożizzjoni stretta li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni.

138. Dan kollu xorta ma jsolvix il-kwistjoni dwar liema qorti nazzjonali għandha tisma’ r-rikors. Il-Gvern Franċiż issuġġerixxa li tista’ tkun qorti tal-Istat Membru li jkollu f’idejh il-presidenza tal-Kunsill. Madankollu, ma hemm ebda ġustifikazzjoni partikolari għalfejn qorti ta’ dan l-Istat Membru tkun fl-aħjar pożizzjoni biex tisma’ rikors marbut mal-allegat ksur ta’ drittijiet fundamentali minn missjoni tal-Unjoni. Opzjoni oħra hija li r-rikors ikun jista’ jiġi ppreżentat quddiem il-qorti ta’ kull Stat Membru. Tali soluzzjoni tista’ tagħti lok għal forum shopping, fejn ir-rikorrenti jfittxu dak l-Istat Membru li jkollu l-iktar regoli proċedurali favorevoli li jirregolaw rikorsi għad-danni.

139. Billi l-qrati nazzjonali ma jkollhomx il-possibbiltà li jressqu talbiet għal deċizjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-interpretazzjoni tad-drittijiet tal-Karta meta applikata għal miżuri ta’ PESK tista’ tvarja. Tali differenzi, finalment, jiġu solvuti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“QEDB”), li tista’ tiġi adita minn individwi jekk iqisu li d-drittijiet tal-bniedem tagħhom ma ġewx protetti b’mod adegwat.

140. Meta ġie ffaċċjat bi problemi prattiċi bħal dawn marbuta mal-għażla tal-qorti nazzjonali kompetenti, il-Gvern Franċiż issuġġerixxa li tista’ tiġi stabbilita qorti ġdida komuni sabiex tisma’ kawżi marbuta ma’ ksur tad-drittijiet fundamentali minn miżuri ta’ PESK. Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dan, nistaqsi għalfejn dawn tal-aħħar ikunu disposti li jikkonferixxu ġurisdizzjoni lil qorti oħra supranazzjonali jekk ma kinux disposti li jirrikonoxxu tali ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Unjoni.

141. Finalment, bħala tfakkira, il-kawża preżenti tistaqsi jekk il-qrati tal-Unjoni jistgħux jisimgħu rikorsi bbażati fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni għal danni allegatament ikkawżati minn miżuri ta’ PESK.

142. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-qrati tal-Unjoni għandhom ġurisdizzjoni esklużiva biex jisimgħu rikorsi għad-danni bbażati fuq responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni (89). Tali rikorsi jiddistingwu l-Unjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali li tipikament igawdu minn immunità estensiva minn rikorsi għad-danni f’qorti (90). Tabilħaqq, kif ġie nnotat minn diversi kummentaturi (91), ġie maqbul mill-awturi tat-Trattati li l-Unjoni ma għandhiex tibbenefika minn immunità fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, iżda li d-deċiżjonijiet ma għandhomx jittieħdu minn qrati nazzjonali.

143. Konsegwentement, it-Trattati jipprevedu li r-rikors għad-danni huwa esklużivament f’idejn il-qrati tal-Unjoni. Il-qrati nazzjonali ma jistgħux jiddeċiedu dwar responsabbiltà mhux kuntrattwali għal danni allegatament ikkawżati mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fi kwalunkwe qasam li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

144. Barra minn hekk, ir-rikorsi għad-danni, jekk jitħallew f’idejn il-qrati nazzjonali, ikunu bbażati fuq id-dritt nazzjonali tagħhom dwar ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali, b’eżiti differenti skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. Għaldaqstant, il-qrati nazzjonali ma jistgħux joffru soluzzjoni għal din il-lakuna u jipprovdu l-istess tip ta’ rimedju bħalma jistgħu jagħmlu l-qrati tal-Unjoni.

D.      Implikazzjonijiet potenzjali taladeżjoni talUnjoni għallKEDB

145. Kif diġà ġie spjegat, il-kawża preżenti għandha titpoġġa fil-kuntest usa’ tan-negozjati dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB. Jeħtieġ jitfakkar li, skont l-Artikolu 6(2) TUE, tali adeżjoni hija obbligu, u mhux għażla għall-Unjoni.

146. Madankollu, il-proċess ta’ adeżjoni għall-KEDB huwa possibbli biss, kif intwera fl-Opinjoni 2/13, jekk jiġu osservati l-karatteristiċi speċifiċi tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u ma jiġux affettwati l-kompetenzi tal-Unjoni skont it-Trattati.

147. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taċċetta l-interpretazzjoni proposta li l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE għandhom jinftiehmu fis-sens li ma jeskludux il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni li jisimgħu talbiet għal kumpens għad-danni kkawżati minn miżuri ta’ PESK b’rabta ma’ ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali, xi jkun ifisser dan għas-sħubija futura tal-Unjoni fil-KEDB?

148. Fl-ewwel lok, dan ikun jikkontribwixxi biex tiġi ddeterminata b’mod iktar ċar il-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK, li hija kwistjoni li tħalliet miftuħa mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 2/13.

149. Fit-tieni lok, dan ikun jiċċara li, kull meta miżura ta’ PESK tiġi kkontestata għal waħda mir-raġunijiet li tista’ wkoll tiġi deċiża mill-QEDB, jiġifieri, l-allegat ksur ta’ drittijiet fundamentali, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni ma hijiex limitata mid-dispożizzjonijiet “carve-out” tat-Trattati.

150. Mill-perspettiva tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, l-interpretazzjoni proposta tissodisfa r-rekwiżit kostituzzjonali ta’ salvagwardja tal-awtonomija tiegħu. Din tkun tevita sitwazzjoni li fiha diskrepanzi possibbli bejn qrati nazzjonali dwar jekk miżuri ta’ PESK jiksrux id-drittijiet fundamentali jiġu deċiżi minn qorti esterna għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Qabel ma kawża li tallega ksur tad-drittijiet tal-bniedem tkun tista’ tinstema’ mill-QEDB, din tkun teħtieġ li l-ewwel tiġi deċiża mill-qrati tal-Unjoni. Maġġoranza ta’ Stati Membri li intervjenew fil-kawża preżenti qablu mad-deskrizzjoni kkulurita tal-Gvern Ċek li “kull ferrovija li tista’ tasal fi Strasburgu l-ewwel trid tieqaf fil-Lussemburgu”. L-interpretazzjoni proposta tipprovdi għal tali waqfa fil-Lussemburgu.

151. Mill-perspettiva tas-sistema kif stabbilita mill-KEDB, l-interpretazzjoni proposta tfisser li, qabel ma rikors ippreżentat quddiem il-QEDB ikun ammissibbli, għandhom ikunu ġew eżawriti r-rimedji disponibbli quddiem il-qrati tal-Unjoni.

152. Dan iwassal għal żieda sinjifikattiva ta’ kawżi quddiem il-qrati tal-Unjoni?

153. Jiena ma narax li tali tħassib huwa ġġustifikat. Jekk individwu jikkunsidra li kien hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, għandu tabilħaqq ikun hemm aċċess għall-qrati tal-Unjoni. Huwa fl-interess tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni li tali sitwazzjonijiet jiġu skoperti u kkorreġuti.

IV.    Sunt u konsegwenzi

154. Sabiex nikkonkludi, inqis li l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jillimitawx il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni biex jisimgħu rikors għad-danni ppreżentat minn individwi bbażat fuq allegat ksur ta’ drittijiet fundamentali minn tip ta’ miżura ta’ PESK.

155. Tali interpretazzjoni tirriżulta mill-prinċipji kostituzzjonali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, prinċipalment l-istat tad-dritt li jinkludi d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u l-prinċipju li jirrikjedi r-rispett tad-drittijiet fundamentali fil-politiki kollha tal-Unjoni. Ir-rwol kostituzzjonali tal-qrati tal-Unjoni li jirriżulta minn dawn il-prinċipji jista’ jiġi limitat biss eċċezzjonalment. Huwa għalhekk li l-Artikolu 24(1) TUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE għandhom jiġu interpretati b’mod strett. Tali interpretazzjoni, anki jekk tkun stretta, ma tistax tmur kontra l-għan tal-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni sanċit fit-Trattati. Jekk dan l-għan huwa sabiex l-għażliet politiċi fil-qasam tal-PESK ikunu protetti minn interferenza tal-qrati tal-Unjoni, tali għan ma jistax jiġġustifika interpretazzjoni li tinkludi rikorsi għad-danni kkawżati minn allegat ksur tad-drittijiet fundamentali f’din il-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni. Dan huwa minnu peress li l-ksur ta’ drittijiet fundamentali ma jistax jikkostitwixxi għażla politika fl-Unjoni, u l-qrati tal-Unjoni għandu jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet fil-qasam tal-PESK ma jaqbżux il-“linji ħomor” imposti mid-drittijiet fundamentali.

156. B’hekk nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tilqa’ l-appelli ppreżentati minn KS u KD u mill-Kummissjoni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE. Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tisma’ r-rikors għad-danni ppreżentat minn KS u KD.

157. Konsegwentement, id-digriet appellat għandu jiġi annullat.

158. Jiena ma nqisx li l-istat tal-proċeduri jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-mertu tar-rikors. Dawn il-kwistjonijiet ma ġewx analizzati mill-Qorti Ġenerali, u lanqas ma ġew diskussi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, filwaqt li l-ispejjeż jibqgħu rriżervati.

V.      Konklużjoni

159. Fid-dawl ta’ dan li ntqal, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja:

–        tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal‑10 ta’ Novembru 2021, KS u KD vs Il-Kunsill et (T‑771/20, mhux ipubblikat, EU:T:2021:798);

–        tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali għas-sentenza dwar l-ammissibbiltà u l-mertu tar-rikors;

–        tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.


1      Lingwa oriġinali: l-Ingliż.


2      Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal‑4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU 2008 L 42, p. 92).


3      Ara l-Opinjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KEDB) tat‑18 ta’ Diċembru 2014 (EU:C:2014:2454, punti 153 sa 258, iktar ’il-quddiem l-“Opinjoni 2/13”), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja spjegat ir-raġunijiet għalfejn l-Abbozz tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-KEDB kif kien propost ma kienx konformi mat-Trattati.


4      Digriet tal‑10 ta’ Novembru 2021, KS u KD vs Il‑Kunsill et (T‑771/20, mhux ippubblikat, EU:T:2021:798).


5      Ara, pereżempju, l-Iskeda Informattiva tal-UNMIK taż-Żamma tal-Paċi tan-Nazzjonijiet Uniti, disponibbli fuq: https://peacekeeping.un.org/en/mission/unmik. Għal diskussjoni ddettaljata, ara wkoll, pereżempju, Spernbauer, M., EU peacebuilding in Kosovo and Afghanistan: Legality and accountability, Martinus Nijhoff Publishers, Leiden/Boston, 2014, b’mod partikolari p. 48 sa 83.


6      Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-azzjonijiet konġunti bħala strumenti tal-PESK ġew ittrasformati f’deċiżjonijiet (ara l-Artikolu 25 u l-Artikolu 28(1) TUE).


7      Ara l-Artikoli 42(1) u 43(1) TUE. Ara wkoll, pereżempju, Koutrakos, P., The EU common security and defence policy, Oxford University Press, Oxford, 2013, b’mod partikolari p. 101 sa 182; Naert, F., “European Union common security and defence policy operations”, f’Nollkaemper, A., Plakokefalos, I. u Schechinger, J. (eds), The practice of shared responsibility in international law, Cambridge University Press, Cambridge, 2017, p. 669; Blockmans, S. u Koutrakos, P., Research handbook on the EU’s common foreign and security policy, Edward Elgar, Cheltenham/Northampton, 2018, b’mod partikolari l-Parti B.


8      Sa mill‑2003, l-Unjoni varat u implimentat ’il fuq minn 40 missjoni u operazzjoni ċivili u militari. Fil-preżent, hemm pendenti tnejn u għoxrin missjoni tal-PSDK – tlettax-il missjoni ċivili u disa’ missjonijiet u operazzjonijiet militari – b’persunal ta’ madwar erbat elef persuna fl-Ewropa, fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani. Ara wkoll SEAE, Missjonijiet u Operazzjonijiet, Naħdmu għal dinja stabbli u Ewropa iktar sigura, tal‑31 ta’ Jannar 2023, disponibbli fuq: https://www.SEAE.europa.eu/SEAE/missions-and-operations_en.


9      Ara t-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 tal-Azzjoni Konġunta 2008/124.


10      Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1095 tal‑5 ta’ Ġunju 2023 li temenda [l-Azzjoni Konġunta 2008/124] (ĠU 2023 L 146, p. 22).


11      Dan ġie previst abbażi ta’ emendi għall-Azzjoni Konġunta 2008/124 introdotti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/856 tat‑8 ta’ Ġunju 2018 (ĠU 2018 L 146, p. 5); ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 1(1) u (2) ta’ din id-deċiżjoni.


12      L-Artikolu 3(d) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124.


13      Il-Kunċett tar-Responsabbiltà ta’ Eulex Kosovo dwar l-Istabbiliment tal-Bord ta’ Reviżjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem, Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, Brussell, 29 ta’ Ottubru 2009.


14      Dwar ix-xogħol tal-HRRP, ara, pereżempju, l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja Nru 545/2009 dwar il-mekkaniżmi eżistenti għar-reviżjoni tal-kompatibbiltà mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem ta’ atti adottati minn UNMIK u minn Eulex fil-Kosovo, tal‑21 ta’ Diċembru 2010; Nota tal-ġurisprudenza tal-HRRP dwar il-prinċipji ta’ responsabbiltà marbuta mad-drittijiet tal-bniedem ta’ missjoni tal-istat tad-dritt, disponibbli fuq: https://hrrp.eu/Case-Law_Notes.php; Ryan, J.J., “Holding to account”, Law Society Gazette, Ġunju 2018, disponibbli fuq: https://hrrp.eu/docs/www.lawsociety.ie-globalassets-documents-gazette-gazette-2018-june-2018-gazette.pdf.


15      Ara, f’dan ir-rigward, ir-Rapport Annwali tal-HRRP tal‑2022, disponibbli fuq: https://hrrp.eu/annual-report.php, punt 1.4; Nota tal-ġurisprudenza tal-HRRP dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali sostantivi mill-Bord ta’ Reviżjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem, disponibbli fuq: https://hrrp.eu/Case-Law_Notes.php.


16      Ara, f’dan ir-rigward, l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14 ta’ dawn il-konklużjonijiet, punt 66; Nota tal-ġurisprudenza tal-HRRP dwar ir-rimedji għal ksur ta’ drittijiet tal-bniedem, disponibbli fuq: https://hrrp.eu/Case-Law_Notes.php.


17      Dan il-korp konsultattiv ġie stabbilit mir-Regolament Nru 2006/12 dwar UNMIK tat‑23 ta’ Marzu 2006 (UNMIK/REG/2006/12). Ara wkoll, pereżempju, The Human Rights Advisory Panel – History and legacy, Kosovo, 2007-2016, Final report, tat‑30 ta’ Ġunju 2016, disponibbli fuq: https://unmik.unmissions.org/sites/default/files/hrap_final_report_final_version_30_june_2016.pdf.


18      Ara d-Deċiżjoni tal-HRRP tal‑11 ta’ Novembru 2015, Każ Nru 2014‑32, disponibbli fuq: https://hrrp.eu/jurisprudence.php.


19      Ara d-deċiżjoni tal-HRRP tad‑19 ta’ Ottubru 2016, Każ Nru 2014-11 u Nru 2014‑17, disponibbli fuq: https://hrrp.eu/jurisprudence.php.


20      B’deċiżjonijiet tad‑19 ta’ Ottubru 2016 u tas‑7 ta’ Marzu 2017 fir-rigward ta’ KS, u b’deċiżjoni tas‑7 ta’ Marzu 2017 fir-rigward ta’ KD.


21      B’mod iktar speċifiku, KS talbet li l-Qorti Ġenerali tindirizza numru ta’ digrieti lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE, bħal pereżempju sabiex jipprovdu baġit ta’ EUR 29 100 000 lil Eulex Kosovo li jippermettilha twettaq il-mandat eżekuttiv tagħha u li jiżgura li l-Kap tal-Missjoni jadotta miżuri li jippermettu li ssir investigazzjoni effettiva b’rabta mal-każ ta’ żewġha u mal-każijiet l-oħrajn kollha ta’ persuni li nqatlu jew li għebu wara t‑12 ta’ Ġunju 1999.


22      KS vs Il-Kunsill et (T‑840/16, EU:T:2017:938). Dan id-digriet ma ġiex appellat.


23      [2019] EWHC 263 (QB).


24      Ara l-Opinjoni 2/13, punt 251.


25      Ara s-sit elettroniku tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB, disponibbli fuq: https://www.coe.int/en/web/human-rights-intergovernmental-cooperation/adeżjoni-of-the-european-union-to-the-european-convention-on-human-rights.


26      Ara r-rapport tal-laqgħa tat‑18-il laqgħa tal-Grupp ta’ Negozjati Ad Hoc (“46 + 1”) taċ-CDDH dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-[KEDB], tas‑17 ta’ Marzu 2023, punt 7, disponibbli fuq is-sit elettroniku ċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Dwar il-proċess imġedded ta’ negozjati, ara, pereżempju, Rangel de Mesquita, M.J., “Judicial review of common foreign and security politicy by the ECtHR and the (re)negotiation on the adhesion of the EU to the ECHR”, Maastricht Journal of European and Comparative Law, Vol. 28(3), 2021, p. 356; Krommendijk, J., “EU Adhesion to the ECHR: Completing the complete system of EU remedies?”, 2023, disponibbli fuq: https://ssrn.com/abstract= 4418811.


27      Ara l-Kumitat ta’ Tmexxija għad-Drittijiet tal-Bniedem, Rapport interim għall-Kumitat tal-Ministri, għal informazzjoni, fuq in-negozjati dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-[KEDB], inkluż l-abbozz rivedut tal-istrumenti ta’ adeżjoni fl-appendiċi, CDDH(2023)R_Extra Addendum, tal‑4 ta’ April 2023.


28      Sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2015, Elitaliana vs Eulex Kosovo (C‑439/13 P, EU:C:2015:753; iktar ’il quddiem “is-sentenza Elitaliana”).


29      Sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569; iktar ’il quddiem “is-sentenza H”).


30      Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793; iktar ’il quddiem is-“is-sentenza Bank Refah”).


31      Sentenza tal‑25 ta’ Marzu 2021, Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑565/19 P, mhux ippubblikata, EU:C:2021:252; iktar ’il quddiem “is-sentenza “Carvalho”).


32      Għal diskussjoni dwar l-effettività tar-rimedju għad-danni anki jekk tiġi solvuta l-kwistjoni ġurisdizzjonali, ara Fink, M., “The action for damages as a fundamental rights remedy: Holding Frontex liable”, German Law Journal, Vol. 21(3), 2020, p. 532.


33      Ara, pereżempju, Butler, G., Constitutional law of the EU’s common foreign and security policy: Competence and institutions in external relations, Hart Publishing, Oxford, 2019, p. 185 sa 188; Carrasco, C.M., “Human rights in the EU’s common security and defence policy”, f’Wouters, J., Nowak, M., Chané, A.‑L. u Hachez, N. (eds), The European Union and human rights – Law and Policy, Oxford University Press, Oxford, 2020, p. 408, p. 429; Johansen, S. O., The human rights accountability mechanisms of international organizations, Cambridge University Press, Cambridge, 2020, p. 143 u 144; Poli, S., “The right to effective judicial protection with respect to acts imposing restrictive measures and its transformative force for the common foreign and security policy”, Common Market Law Review, Vol. 59(4), 2022, p. 1045, p. 1057.


34      Ara, pereżempju, Hillion, C., “A powerless court? The European Court of Justice and the EU common foreign and security policy”, fi Cremona, M. u Thies, A. (eds), The European Court of Justice and external relations law – Constitutional challenges, Hart Publishing, Oxford, 2014, p. 49, b’mod partikolari p. 66 sa 69; Eckes, C, “Common foreign and security policy – The consequences of the Court’s extended jurisdiction”, European Law Journal, Vol. 22(4), 2016, p. 492, b’mod partikolari p. 510 u 511.


35      Għaldaqstant, din il-ġurisprudenza marret lura mill-pożizzjoni adottata mill-Avukata Ġenerali Kokott fl-Opinjoni 2/13, li l-esklużjoni tal-ġurisdizzjoni fil-qasam tal-PESK hija regola b’numru limitat ħafna ta’ eċċezzjonijiet. Ara l-pożizzjoni tal-Avukata Ġenerali Kokott fl-Opinjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KEDB), EU:C:2014:2475, b’mod partikolari l-punti 84 u 89.


36      Sentenza tal‑24 ta’ Ġunju 2014, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C‑658/11, EU:C:2014:2025, punt 70; iktar ’il quddiem, is-sentenza “Mauritius”).


37      Ara s-sentenza Elitaliana, punt 42, u H, punt 40. Minflok “narrowly” (b’mod strett), il-Qorti tal-Ġustizzja kultant tuża l-kliem “restrictively” (b’mod restrittiv) (ara, pereżempju, is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, SatCen vs KF (C‑14/19 P, EU:C:2020:492, punt 66), u Bank Refah, punt 32) jew “strictly” (strettament) (ara, pereżempju, is-sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft (C‑72/15, EU:C:2017:236, punt 74; iktar ’il quddiem, is-sentenza “Rosneft”)).


38      Ara s-sentenza Rosneft, punti 60 sa 81.


39      Ara s-sentenza Rosneft, punt 70.


40      Ara s-sentenza Rosneft, b’mod partikolari l-punti 66 sa 69, 76 u 78.


41      Ara s-sentenza Rosneft, b’mod partikolari l-punti 78 u 79 (li jagħmlu riferiment, b’mod partikolari, għas-sentenza tat‑22 ta’ Ottubru 1987, Foto-Frost (314/85, EU:C:1987:452)).


42      Ara s-sentenza Bank Refah, punti 26 sa 49, b’mod partikolari l-punt 33.


43      Ara s-sentenza Bank Refah, punti 31 u 32.


44      Ara s-sentenza Elitaliana, punti 41 sa 50.


45      Ara s-sentenza H, punti 39 sa 60. Ara wkoll is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, SatCen vs KF (C‑14/19 P, EU:C:2020:492, punt 66).


46      Ara s-sentenza Mauritius, punti 69 sa 74.


47      Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/640/PESK tat‑12 ta’ Lulju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment (ĠU 2011 L 254, p. 1).


48      F’każ simili li jinvolvi ftehim mat-Tanżanija, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat approċċ differenti u stabbilixxiet il-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-bażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE. Ara s-sentenza tal‑14 ta’ Ġunju 2016, Il-Parlament vs Il‑Kunsill (C‑263/14, EU:C:2016:435, punt 42; iktar ’il quddiem, is-sentenza “Tanżanja”).


49      Dawn l-argumenti tqajmu insostenn tal-ewwel parti tal-uniku aggravju ta’ KS u KD u tal-ewwel aggravju tal-Kummissjoni.


50      Ara s-sentenza H, punti 41 u 58; Rosneft, punti 72 sa 75 u 81; u s-sentenza Bank Refah, punti 34 sa 36. Ara wkoll, pereżempju, Hillion, C., “The EU external action as mandate to uphold the rule of law outside and inside the Union”, Columbia Journal of European Law, Vol. 29(2), Ħarġa Speċjali 2023, p. 228.


51      Ara s-sentenza Bank Refah, punti 45 sa 47.


52      Il-PESK xorta għadha sa ċertu punt politika speċifika. Il-bilanċ istituzzjonali stabbilit bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huwa differenti, bi rwol iktar dgħajjef għall-Parlament u għall-Kummissjoni; il-Kunsill jiddeċiedi l-iktar b’unanimità; u l-atti leġiżlattivi huma esklużi. Ara, pereżempju, Cremona, M., “‘Effective judicial review is of the essence of the rule of law’: Challenging common foreign and security policy measures before the Court of Justice”, European Papers, Vol. 2(2), 2017, p. 671.


53      Ara s-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 127), u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il‑Parlament u Il-Kunsill (C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 145).


54      Sentenza tas‑16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 232). Ara wkoll is-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2023, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Indipendenza u ħajja privata tal-Imħallfin) (C‑204/21, EU:C:2023:442, punt 67).


55      Ara s-sentenza H, punt 41; is-sentenza Rosneft, punt 72; u s-sentenza Bank Refah, punt 35.


56      Ara s-sentenza tat‑23 ta’ April 1986, Les Verts vs Il-Parlament (294/83, EU:C:1986:166, punt 23); ara wkoll, iktar reċentement, pereżempju, is-sentenzi tat‑3 ta’ Settembru 2008, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C‑402/05 P u C‑415/05 P, EU:C:2008:461, punt 281; iktar ’il quddiem, is-sentenza “Kadi I”), u tal‑5 ta’ Novembru 2019, BĊE et vs Trasta Komercbanka et (C‑663/17 P, C‑665/17 P u C‑669/17 P, EU:C:2019:923, punt 54).


57      Ara s-sentenza tas‑27 ta’ Frar 2018 (C‑64/16, EU:C:2018:117, punt 32); ara wkoll, iktar reċentement, pereżempju, is-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2023, Il-Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza u ħajja privata tal-Imħallfin) (C‑204/21, EU:C:2023:442, punt 69).


58      Ara s-sentenza tas‑27 ta’ Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses (C‑64/16, EU:C:2018:117, punt 32).


59      Ara s-sentenza Kadi I, punti 281 sa 284; ara wkoll, pereżempju, l- Opinjoni 2/13, punt 169.


60      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża Kadi vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑402/05 P, EU:C:2008:11, punt 34).


61      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża Kadi vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C‑402/05 P, EU:C:2008:11, punt 44).


62      Ara s-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Ledra Advertising et vs Il-Kummissjoni u BĊE (C‑8/15 P sa C‑10/15 P, EU:C:2016:701, b’mod partikolari l-punti 55 sa 60 u 67; iktar ’il quddiem, is-sentenza “Ledra Advertising”).


63      Għaldaqstant, fil-punti 35 sa 39 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali qieset li l-kawża preżenti ma tikkonċernax l-amministrazzjoni tal-persunal, u b’hekk is-sentenza H ma tapplikax; ma tikkonċernax l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, u b’hekk is-sentenza Elitaliana ma tapplikax; ma tikkonċernax miżuri restrittivi, u b’hekk is-sentenza Bank Refah ma tapplikax.


64      Dawn l-argumenti tqajmu insostenn tal-ewwel u t-tieni parti tal-aggravju uniku ta’ KS u KD u tal-ewwel u t-tielet aggravju tal-Kummissjoni.


65      Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li seta’ jiġi ppreżentat rikors għal annullament kontra l-Parlament, anki jekk it-Trattat, kif kien redatt dak iż-żmien, ma kienx jipprovdi għal din il-possibbiltà.


66      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mancini fis-sentenza Les Verts vs Il‑Parlament (294/83, mhux ippubblikati, EU:C:1985:483, punt 7; 1986 ECR 1339, b’mod partikolari p. 1350).


67      Ara s-sentenza Carvalho, punti 67 sa 79, b’mod partikolari l-punt 78 (li tirreferi għall-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2002, Unión de Pequeños Agricultores vs Il-Kunsill (C‑50/00 P, EU:C:2002:462, punt 44), u tal‑1 ta’ April 2004, Il-Kummissjoni vs Jégo-Quéré (C‑263/02 P, EU:C:2004:210, punt 36)).


68      Dawn l-argumenti tqajmu insostenn tat-tielet parti tal-uniku aggravju ta’ KS u KD u tar-raba’ aggravju tal-Kummissjoni.


69      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża SatCen vs KF (C‑14/19 P, EU:C:2020:220, punt 69).


70      Ara d-digriet appellat, punt 41.


71      Dawn l-argumenti tqajmu insostenn tar-raba’ parti tal-uniku aggravju ta’ KS u KD u t-tieni aggravju tal-Kummissjoni.


72      F’dan ir-rigward, anki jekk, meta tkun qiegħda tinterpreta l-leġiżlazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel l-almu tagħha sabiex tifhem l-intenzjoni leġiżlattiva u tinterpreta regola f’dan is-sens, ġaladarba l-intenzjoni spiss ma tkunx espressa b’mod ċar la fl-att legali u lanqas fil-kuntest leġiżlattiv, l-intenzjoni leġiżlattiva nnifisha wkoll taqa’ taħt l-għażla tal-Qorti tal-Ġustizzja.


73      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża Rosneft (C‑72/15, EU:C:2016:381, punt 52).


74      Ara, preżempju, Van Elsuwege, P., “Judicial review and the common foreign and security policy – Limits to the gap-filling role of the Court of Justice”, Common Market Law Review, Vol. 58(6), 2021, p. 1731, u, b’mod partikolari, p. 1739. Ara wkoll, Lonardo, L., “The political question doctrine as applied to common foreign and security policy”, European Foreign Affairs Review, Vol. 22(4), 2017, p. 571.


75      S’issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ma stqarritx jekk teżistix fid-dritt tal-Unjoni xi forma ta’ “duttrina ta’ kwistjonijiet politiċi”. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja użat il-kunċett ta’ effett dirett għal għan simili. F’ċerti kwistjonijiet ta’ politika barranija, speċjalment fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ atti tal-Unjoni mad-dritt tal-WTO, hija astjeniet milli teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha ta’ stħarriġ ġudizzjarju sabiex tirrifletti l-marġni ta’ manuvra politika rriżervat għall-partijiet f’dik l-organizzazzjoni. Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 1972, International Fruit Company et (21/72 sa 24/72, EU:C:1972:115, punti 18 u 27); ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża EUIPO vs The KaiKai Company Jaeger Wichmann (C‑382/21 P, EU:C:2023:576, b’mod partikolari l-punti 59 sa 64).


76      Għall-konnessjoni bejn il-bilanċ istituzzjonali u l-prinċipju ta’ demokrazija, ara s-sentenza tas‑6 ta’ Settembru 2017, Is-Slovakkja u L-Ungerija vs Il-Kunsill (C‑643/15 u C‑647/15, EU:C:2017:631, punt 160).


77      Hemm lok li jerġa’ jsir riferiment għas-sentenza fil-kawża Ledra Advertising, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li setgħet tisma’ rikors għad-danni anki fir-rigward tal-involviment tal-Kummissjoni fl-adozzjoni ta’ att li huwa estranju għall-qafas legali tal-Unjoni (ara l-punti 87 sa 89 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Huwa biss b’dan il-mod li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tistħarreġ jekk il-Kummissjoni qabżitx il-“linja l-ħamra” tad-drittijiet fundamentali.


78      Ara, f’dan ir-rigward, l-Artikolu 52(1) tal-Karta.


79      Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑28 ta’ Novembru 2013, Il‑Kunsill vs Manufacturing Support & Procurement Kala Naft (C‑348/12 P, EU:C:2013:776, punti 120 sa 126), u s-sentenza Rosneft, punti 146 sa 150.


80      Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża Rosneft (C‑72/15, EU:C:2016:381, punt 46), li fihom ikkunsidra li r-riferiment għal “dawn id-dispożizzjonijiet” fl-Artikolu 24(1) TUE jeskludi biss is-setgħa tal-Qorti tal-Ġustizzja li tistħarreġ atti ta’ PESK b’rabta mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE, u mhux b’rabta ma’ kull dispożizzjoni oħra tat-Trattat UE, jew b’rabta mat-Trattat FUE.


81      F’dan ir-rigward, ma naqbilx mal-pożizzjoni espressa mill-Avukat Ġenerali Wathelet fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Rosneft (C‑72/15, EU:C:2016:381, punt 75) li interpretazzjoni tikkostitwixxi kompitu iktar strett minn stħarriġ tal-legalità. Ovvjament, huwa inevitabbli li l-Qorti tal-Ġustizzja tifhem (u għalhekk tinterpreta) ir-regoli li tagħhom tkun qiegħda tevalwa l-legalità. Madankollu, l-interpretazzjoni tista’ tkun meħtieġa indipendentement mill-istħarriġ tal-legalità sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ tali regoli. Fl-opinjoni tiegħi, l-interpretazzjoni hija setgħa usa’, peress li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħżel bejn tifsiriet possibbli differenti tal-istess regola.


82      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża Rosneft (C‑72/15, EU:C:2016:381, b’mod partikolari l-punti 39 sa 76).


83      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża Rosneft (C‑72/15, EU:C:2016:381, punt 42).


84      Ara l-punti 67 u 68 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


85      Ara, f’dan ir-rigward, Cremona, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet, p. 687, li kkunsidra li r-riferiment fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE għal rikorsi għal annullament “jirrifletti l-ġurisprudenza Kadi dwar il-ħtieġa ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva meta l-miżuri restrittivi jiġu adottati kontra individwi”.


86      Din kienet il-pożizzjoni tal-Avukata Ġenerali Kokott fl-Opinjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KEDB), EU:C:2014:2475, punti 95 u 96. Fl-appelli preżenti, il-Gvern Franċiż jadotta pożizzjoni simili.


87      Ara l-pożizzjoni tal-Avukata Ġenerali Kokott fl-Opinjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KEDB), EU:C:2014:2475, punti 82 sa 103.


88      Ara l-pożizzjoni tal-Avukata Ġenerali Kokott fl-Opinjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KEDB), EU:C:2014:2475, punti 84 u 89. Nosserva wkoll li fil-Konklużjonijiet tiegħu fis-sentenza H (EU:C:2016:212, punti 89 sa 104), l-Avukat Ġenerali Wahl ikkunsidra li l-ġurisdizzjoni taqa’ taħt il-qrati nazzjonali, iżda l-analiżi tiegħu kienet ibbażata fuq il-fatt li, ħlief għall-eċċezzjonijiet speċifiċi espressament stabbiliti mit-Trattati, ir-regola ġenerali hija li l-qrati tal-Unjoni ma għandhom ebda ġurisdizzjoni fil-PESK (ara, b’mod partikolari, punti 53, 66 u 71); huwa kkonstata wkoll li kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq l-istat tad-dritt kienu irrilevanti f’dawk il-proċedimenti (ara l-punt 49).


89      Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑18 ta’ April 2013, Il-Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg (C‑103/11 P, EU:C:2013:245, punt 60), u tal‑15 ta’ Lulju 2021, OH (Immunità minn ġurisdizzjoni) (C‑758/19, EU:C:2021:603, punt 22).


90      Ara, pereżempju, Gutman, K., “Action for damages – Court of Justice of the European Union (CJEU)”, f’Ruiz Fabri, H. (ed.), Max Planck Encyclopedia of International Procedural Law, Oxford University Press, Oxford, 2019, punt 4.


91      Ara, f’dan ir-rigward, Schermers, H. G. u Waelbroeck, D.F., Judicial protection in the European Union, is-sitt edizzjoni, Kluwer Law International, Den Haag/Londra/New York, 2001, paragrafu 1047.