Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Ġunju 2012 - Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI - Garmo (GAZI Hellim)

(Kawża T-535/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GAZI Hellim - Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: inizjalment C. Milbradt u H. Van Volxem, sussegwentement C. Milbradt u A. Schwarz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Garmo AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Settembru 2010 (Każ R 1497/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias u Garmo AG.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Settembru 2010 (Każ R 1497/2009-4), hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011.