Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Novembru 2012 - Adamowski vs UASI - Fagumit (FAGUMIT)

(Kawżi T-537/10 u T-538/10) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade marks Komunitarji verbali Fagumit u figurattiva FAGUMIT - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti FAGUMIT - Raġuni relattiva ta' invalidità - Artikolu 8(3) u Artikolu 165(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ursula Adamowski (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit sp. z o.o. (Fagumit) (Wolbrom, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Krekora, T. Targosz u P. Podrecki, avukati)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati, rispettivament, kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Settembru 2010 (Każijiet R 1002/2009-1 u R 1003/2009-1) dwar żewġ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit sp. z o.o. u Ursula Adamowski.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-537/10 u T-538/10 huma magħquda għall-finijiet ta' din is-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ursula Adamowski għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta' Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit sp. z o.o. fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________

1 - ĠU C 30, 29.1.2011.