Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2013 – International Engine Intellectual Property Company vs UASI (PURE POWER)

(Kawża T-248/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PURE POWER – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Engine Intellectual Property Company, LLC (Warrenville, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Thomas u B. Reiter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2011 (Każ R 2310/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PURE POWER bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 211, 16.07.2011.