Language of document : ECLI:EU:T:2016:369

Kawża T-216/13

Telefónica, SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Portugall u ta’ Spanja – Klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq Iberiku inserita fil-kuntratt għax-xiri minn Telefónica tas-sehem ta’ Portugal Telecom fl-operatur Brażiljan ta’ telefonija mobbli Vivo – Protezzjoni legali ‘sa fejn awtorizzat mil-liġi’ – Ksur skont is suġġett – Restrizzjoni anċillari – Awtonomija tal-aġir tar-rikorrenti – Kompetizzjoni potenzjali – Ksur skont l-effetti – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Talba għas-smigħ tax-xhieda”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2016

1.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni – Stħarriġ tal-legalità u ta’ ġurisdizzjoni sħiħa, kemm ta’ liġi kif ukoll ta’ fatt – Annessi magħquda mar-rikors, imressqa insostenn tal-motivi li jikkontestaw l-istabbiliment tal-ksur u l-ammont tal-multa, mhux ippreżentati matul il-proċedura amministrattiva ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE – Ammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Interpretazzjoni tal-motivazzjoni ta’ att amministrattiv – Limiti

(Artikolu 263 TFUE)

3.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Natura xierqa – Stħarriġ ġudizzjarju – Provi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-qorti tal-Unjoni – Elementi ta’ informazzjoni li ma jinsabux fid-deċiżjoni li timponi l-multa – Inklużjoni

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(1) u 31)

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet ta’ difiża – Prinċipju ta’ kontradittorju – Osservanza fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja – Portata – Nuqqas ta’ aċċess mir-rikorrenti għall-osservazzjonijiet ta’ parti oħra ppreżentati fil-kuntest ta’ rikors parallel u ċċitati mill-Kummissjoni – Ksur tal-imsemmi prinċipju

5.      Akkordji – Ftehimiet bejn impriżi – Kunċett – Qbil tal-intenzjonijiet fir-rigward tal-aġir li għandu jiġi adottat fis-suq

(Artikolu 101(1) TFUE)

6.      Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Portata u għan ta’ akkordju kif ukoll kuntest ekonomiku u legali ta’ żvilupp tiegħu – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni – Kriterju mhux neċessarju – Ksur skont is suġġett – Livell suffiċjenti ta’ ħsara – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

7.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni materjali – Aġir impost minn miżuri statali – Esklużjoni – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101 TFUE)

8.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur li jikkonsisti mill-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv – Deċiżjoni bbażata fuq provi dokumentali jew fuq provi diretti – Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1/2003, Artikolu 2)

9.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proċedura fil-qasam tal-kompetizzjoni – Applikabbiltà

(Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1))

10.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Obbligu li ssir delimitazzjoni tas-suq – Assenza fil-każ ta’ ftehim li għandu bħala suġġett tqassim tas-swieq

(Artikolu 101(1) TFUE)

11.    Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Klassifikazzjoni ta’ impriża bħala kompetitur potenzjali – Kriterji – Element essenzjali – Kapaċità tal-impriża li tintegra s-suq rilevanti

(Artikolu 101(1) TFUE)

12.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Assenza ta’ lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji – Marġni ta’ diskrezzjoni rriżervat għall-Kummissjoni

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

13.    Atti tal-istituzzjonijiet – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti f’każ ta’ ksur għar-regoli tal-kompetizzjoni – Att ta’ portata ġenerali – Effetti

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2006/C 210/02)

14.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata

(Artikolu 261 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 17 u Nru 1/2003, Artikolu 31)

15.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Osservanza tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità – Kriterji – Dħul mill-bejgħ

(Artikolu 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)

16.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha – Assenza

(Artikolu 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)

17.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Ksur ikklassifikat bħala serju ħafna unikament fuq il-bażi tan-natura tiegħu – Neċessità li jiġi ddeterminat l-effett tagħhom u l-portata ġeografika tagħhom – Assenza

(Artikolu 101 TFUE u 102 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2) u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)

18.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li timponi multi – Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li ppermettew lill-Kummissjoni li tkejjel il-gravità u tul tal-ksur – Indikazzjoni suffiċjenti

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 2006/C 210/02 u 2006/C 298/11)

19.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Dħul mill-bejgħ globali tal-impriża kkonċernata – Dħul mill-bejgħ magħmul bil-merkanzija li hija s-suġġett tal-ksur – Teħid inkunsiderazzjoni rispettiv – Limiti – Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ imwettaq b’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur – Kriterji

(Artikolu 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 6 u 13)

20.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni – Ġurisdizzjoni sħiħa – Portata – Stħarriġ li jinvolvi atti ta’ investigazzjoni tal-fajl bil-għan li jimtlew il-lakuni tal-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni – Esklużjoni

(Artikolu 101 TFUE, 261 TFUE u 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31)

21.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni – Aġġustament għall-ammont bażiku – Obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi individwali ta’ kull waħda mill-impriżi parteċipanti

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2006/C 210/02)

22.    Proċedura ġudizzjarja – Miżuri istruttorji – Eżami tax-xhieda – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali – Effett tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 91)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 87)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 87)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 89)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 93-95)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 98)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 100, 102-105, 120, 212, 229, 230)

7.      L-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE ikopru biss imġiba antikompetittiva li ġiet adottata mill-impriżi fuq inizjattiva tagħhom stess. Jekk leġiżlazzjoni nazzjonali timponi li impriżi jaġixxu b’imġiba antikompetittiva, jew jekk din toħloq qafas legali li fih innifsu jipprekludi kull opportunità għal imġiba kompetittiva min-naħa tagħhom, l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE ma japplikawx. F’tali sitwazzjoni, ir-restrizzjoni ta’ kompetizzjoni ma hijiex ikkawżata, kif jimplikaw dawn id-dispożizzjonijiet, b’imġiba awtonoma tal-impriżi. Din il-possibbiltà li aġir antikompetittiv determinat jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, hija ammessa biss b’mod restrittiv. Fil-fatt, għalkemm l-imġiba ta’ impriża tista’ ma taqax taħt l-Artikolu 101(1) TFUE minħabba li ma hijiex awtonoma, madankollu ma jsegwix li kwalunkwe imġiba mitluba jew rikjesta mill-awtoritajiet nazzjonali taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id dispożizzjoni. B’hekk, jekk miżura Statali tirrifletti l-elementi ta’ akkordju li jkun sar bejn l-operaturi ekonomiċi ta’ settur jew jekk tittieħed wara konsultazzjoni u bil-qbil tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati, dawn l-operaturi ma jistgħux jibbażaw ruħhom fuq in natura vinkolanti tal-leġiżlazzjoni sabiex l-Artikolu 101(1) TFUE ma japplikax.

Għalhekk, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva vinkolanti li timponi aġir antikompetittiv, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li hemm nuqqas ta’ awtonomija tal-operaturi involuti ħlief jekk, abbażi ta’ indikazzjonijiet oġġettivi, rilevanti u konkordanti jkun jidher li l-aġir ġie impost fuqhom b’mod unilaterali mill-awtoritajiet nazzjonali permezz tal-eżerċizzju ta’ pressjoni li ma tistax tiġi reżistita, bħat-theddida tal-adozzjoni ta’ miżuri statali li jistgħu jikkawżawlhom telf kbir. Barra minn hekk, sabiex ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, tali pressjonijiet għandhom jiġu eżerċitati b’mod li jneħħu kull awtonomija tal-operaturi kkonċernati fl-implementazzjoni tad-deċiżjonijiet tal awtoritajiet pubbliċi. Fin-nuqqas ta’ tali telf ta’ awtonomija, il-fatt li aġir antikompetittiv ġie ppreferut jew inkorraġit minn awtoritajiet pubbliċi huwa, fih innifsu, mingħajr effett fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikolu 101(1) TFUE.

(ara l-punti 114-118)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 124, 125, 128-130, 163, 164, 190, 191)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 126, 127)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 213, 214, 216)

11.    Fil-kuntest ta’ proċedura intiża għall-konstatazzjoni ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, sabiex tintwera l-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali fis-suq inkwistjoni bejn żewġ impriżi li qablu fuq ftehim ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni, fil-preżenza ta’ suq liberalizzat, il-Kummissjoni ma għandhiex tipproċedi għal analiżi tal istruttura tas-suq ikkonċernat u tal-kwistjoni jekk id-dħul f’dan is-suq jikkorrispondix, għal kull waħda mill-partijiet, għal strateġija ekonomika vijabbli, iżda hija għandha d-dover li teżamina jekk jeżistux barrieri insurmontabbli għad-dħul f’dan is-suq, li jeskludu kull kompetizzjoni potenzjali. F’dan ir-rigward, għalkemm l-intenzjoni li għandha impriża li tintegra suq tkun eventwalment rilevanti sabiex jiġi vverifikat jekk hija tistax tiġi kkunsidrata bħala kompetitur potenzjali fl-imsemmi suq, l-element essenzjali li fuqu għandha tistrieħ tali klassifikazzjoni huwa madankollu kkostitwit mill-kapaċità tagħha li tidħol fl-imsemmi suq.

(ara l-punti 221, 226)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 233, 234, 318)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 236-238)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 243, 244)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 260-262)

16.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 264)

17.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 269-272)

18.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 275-277)

19.    F’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-ammont tal-multa imposta għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-punt 13 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 għandu l-għan li jieħu bħala punt ta’ tluq għall-kalkolu tal-multa imposta fuq impriża, ammont li jirrifletti l-importanza ekonomika tal-ksur u l-piż relattiv ta’ din l-impriża fih. Konsegwentement, il-kunċett ta’ valur tal-bejgħ imsemmi f’dan il punt 13 tal-imsemmija linji gwida jinkludi fih il-bejgħ imwettaq fis-suq ikkonċernat permezz tal-ksur fiż-Żona Ekonomika Ewropea, mingħajr il-bżonn li jiġi stabbilit jekk dan il-bejgħ huwiex affettwat realment minn dan il-ksur, bil-parti tad-dħul mill-bejgħ li ġejja mill-bejgħ ta’ prodotti li huwa s-suġġett tal-ksur tkun l-aħjar sabiex tirrifletti l-importanza ekonomika ta’ dan il-ksur.

Madankollu, filwaqt li huwa minnu li l-għan li għandu jiġi segwit minn din id-dispożizzjoni jista’ jiġi ppreġudikat jekk il-kunċett tal-valur tal-bejgħ hemm imsemmi jinftiehem bħala li jkopri biss id-dħul mill bejgħ li fir-rigward tiegħu jiġi stabbilit li ġie effettivament affettwat mill-akkordju inkwistjoni, dan il-kunċett xorta ma jistax jestendi biex jinkludi fih il-bejgħ tal-impriża inkwistjoni li ma jaqax, b’mod dirett jew indirett, fil-parametri ta’ dan l-akkordju.

F’dan il-kuntest, ma jistax ikun mitlub mill-Kummissjoni, fil-preżenza ta’ restrizzjoni minħabba l-għan, li hija twettaq eżami ex officio tal kompetizzjoni potenzjali għas-swieq u s-servizzi kollha kkonċernati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-ksur, taħt piena li tintroduċi, permezz tad-determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa, l-obbligu li tkun eżaminata l-kompetizzjoni potenzjali meta eżerċizzju tali ma huwiex mitlub fil-każ ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan.

Madankollu, l-impożizzjoni fuq il Kummissjoni li tiddetermina l-bejgħ b’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur ma jfissirx li jiġi impost fuqha, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont dal-multa, obbligu li din ma hijiex marbuta bih għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE fir-rigward ta’ ksur li għandu għan antikompetittiv Tali soluzzjoni effettivament twassal biss biex jinsiltu l-konsegwenzi mill-fatt li l-valur tal-bejgħ għandu jkun relatat direttament jew indirettament mal-ksur skont il-punt 13 tal-Linji gwida u ma jistax jinkludi bejgħ li ma jirriżultax, direttament jew indirettament, mill-parametru tal-ksur issanzjonat. Isegwi li, mill-mument fejn il-Kummissjoni tagħżel li tibbaża ruħha, sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa, fuq il-valur tal-bejgħ b’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur, hija għandha tiddetermina dan il-valur b’mod preċiż.

(ara l-punti 297-299, 302-307)

20.    F’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-ammont tal-multi imposti minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-kompetenza ta’ ġurisdizzjoni sħiħa li għandha l-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003 jawtorizza lill-qorti, lil hinn minn sempliċi stħarriġ ta’ legalità tas-sanzjoni, li tibdel l-evalwazzjoni tagħha ma’ dik tal-Kummissjoni. Madankollu, f’każ fejn il-Kummissjoni ma pproċedietx għall-analiżi tal-provi prodotti mir-rikorrenti sabiex turi n-nuqqas ta’ kompetizzjoni potenzjali bejn il-partijiet għal ftehim li għandu għan antikompetittiv fir-rigward ta’ ċerti servizzi sabiex jiġi stabbilit il-valur tal-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-ammont tal-multa, id-determinazzjoni tal-valur ta’ dan il-bejgħ mill-Qorti Ġenerali timplika li din timla lakuna fl-investigazzjoni tal-każ.

Issa, l-eżerċizzju tal-kompetenza ta’ ġurisdizzjoni sħiħa ma jistax iwassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tipproċedi għal tali investigazzjoni, li tmur lil hinn mis-sostituzzjoni tal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali minflok dik tal-Kummissjoni, peress li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija l-unika u l-ewwel evalwazzjoni tal-provi li l-Kummissjoni kellha tikkunsidra sabiex tiddetermina l-valur tal-bejgħ f’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur skont il-punt 13 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003, u li l-analiżi tagħha taqa’ f’idejn il-Kummissjoni.

(ara l-punti 314, 315)

21.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 331)

22.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 344-350)