Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Fakro Sp. z o.o. vs UASI - Saint Gobain Cristaleria (climaVera)

(Każ T-457/15)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Fakro Sp. z o.o. (Nowy Sącz, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Saint Gobain Cristaleria SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “climaVera” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 521 366

Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 2095/2014-2Talbiettannulla d-deċiżjoni kkontestata totalment u tassenja l-każ lill-UASI għall-eżami mill-ġdid tagħha;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motiv invokatKsur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009

____________