Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2009 - Antwerpse Bouwwerken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/08)1

("Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Bini ta' sala ta' produzzjoni ta' materjal ta' referenza - Ċaħda tal-offerta ta' kandidat - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Interpretazzjoni ta' kundizzjoni prevista fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Konformità ta' offerta mal-kundizzjonijiet previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Eżerċizzju tas-setgħa li jintalbu kjarifiki dwar l-offerti - Rikors għad-danni")

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Antwerpse Bouwwerken NV (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Verbist u D. de Keuster, sussegwentement J. Verbist, B. van de Walle de Ghelcke u A. Vandervennet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Manhaeve, aġent, assistit minn M. Gelders, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta' sejħa għal offerti ristretta rigward il-bini ta' sala ta' produzzjoni ta' materjali ta' referenza fuq is-sit tal-Institut des matériaux et mesures de référence f'Geel (il-Belġju) u li tagħti l-kuntratt pubbliku lil kandidat ieħor u, min-naħa, talba għall-kumpens għad-danni allegatament imġarrba mir-rikorrenti minħabba l-istess deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Antwerpse Bouwwerken NV hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-195/08 R.

____________

1 - ĠU C 183, 19.7.2008.