Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2011 - Arch Chemicals et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-400/04, T-402/04 sa T-404/04) 1

("Spezzjonijiet sanitarji - Tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidi - Identifikazzjoni tas-sustanzi attivi fis-suq - Deċiżjoni li tirrifjuta li jiġu emendati ċerti dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Obbligu li tittieħed azzjoni - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arch Chemicals, Inc. (Norwalk, Connecticut, l-Istati Uniti); Arch Timber Protection Ltd (Castleford, West Yorkshire, ir-Renju Unit) (Kawża T-400/04); Rhodia UK Ltd, li kienet Rhodia Consumer Specialities Ltd (Watford, Hertfordshire, ir-Renju Unit) (Kawża T-402/04); Sumitomo Chemical (UK) plc (Londra, ir-Renju Unit) (Kawża T-403/04); u Troy Chemical Co. BV (Vlaardingen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (Kawża T-404/04); (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u D. Recchia, sussegwentement P. Oliver u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat n-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni sa fejn din tal-aħħar illegalment naqset milli temenda ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000, tas-7 ta' Settembru 2000, fuq l-ewwel fażi tal-programm rigward prodotti bijoċidali msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 266), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003, tal-4 ta' Novembru 2003, dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta' prodotti bijoċidiċi fis-suq, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 92), sussidjarjament, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2004, li tirrifjuta li tilqa' t-talbiet tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, prinċipalment, talba għall-kumpens tad-danni li allegatament ġarrbu r-rikorrenti minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni u, sussidjarjament, talba għall-kumpens tad-danni kkawżati mill-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2004.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Arch Chemicals, Inc., Arch Timber Protection Ltd, Rhodia UK Ltd, Sumitomo Chemical (UK) plc u Troy Chemical Co. BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 19, 22.01.2005.