Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Ġunju 2008 - European Association of Im- and Exporters of Birds and live Animals et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-209/06)1

("Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE - Persuni fiżiċi u legali - Assoċjazzjonijiet - Deċiżjoni 2006/522/KEE - Interess individwali -Saħħa ta' l-annimali - Miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: European Association of Im- and Exporters of Birds and live Animals (West Maas u Waal, l-Olanda); Vereniging van Im- en Exporteurs van Vogels en Hobbydieren (West Maas u Waal, l-Olanda); Willem Plomp, li jopera taħt l-isem Plomps Vogelhandel (Woerden, l-Olanda); u Marinus Borgstein, li jopera taħt l-isem Borgstein Birds & Zoofood Trading (West Maas u Waal, l-Olanda) (rappreżentant: J. Wouters, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u M. van Heezik, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/522/KE tal-25 ta' Lulju 2006, li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/759/KE u 2005/760/KE rigward ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' ċerti għasafar ħajjin fil-Komunità (ĠU L 205, p. 28)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 249, 14.10.2006.