Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ottubru 2009 - Bowland Dairy Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-212/06)1

(Rikors għal danni - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Sistema ta' allarm malajr - Notifikazzjoni Addizzjonali - Kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali - Opinjoni tal-Kummissjoni mingħajr effett ġuridiku - Bidla fis-suġġett tal-kawża - Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bowland Dairy Products Ltd (Barrowford, Lancashire, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Milligan, solicitor, D. Anderson, QC, u A. Robertson, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver, J.-P. Keppenne u L. Parpala, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-allegat rifjut tal-Kummissjoni li xxandar, fil-kuntest tas-sistema ta' allarm malajr prevista fl-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KEE) 178/2002, tat-28 ta' Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, p.1), notifikazzjoni addizzjonali li tiddikjara l-ftehim tal-Foods Security Agency tar-Renju Unit għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon moxx prodott mir-rikorrenti u, fit-tieni lok, talba ta' kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti minħabba dan ir-rifjut

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)    Bowland Dairy Products Limited għandha tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C ##, ##.