Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2016 – Lukash vs Il-Kunsill

(Kawża T-210/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Olena Lukash (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ta’ Olena Lukash ammissibbli;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESC, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjonijiet u r-regolamenti sussegwenti li jestendu l-miżuri restrittivi imposti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESC, tal-5 ta’ Marzu 2014 u taġġorna l-motivi, jiġifieri:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/364/PESC, tal-5 ta’ Marzu 2015;

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015;

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/876/PESC, tal-5 ta’ Ġunju 2015;

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/869, tal-5 ta’ Ġunju 2015;

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/318/PESC, tal-4 ta’ Marzu 2016;

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-4 ta’ Marzu 2016;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rimedju effettiv.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/119/PESC, li jinsabu fil-premessa 4 tar-Regolament (UE) Nru 208/2014, fil-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2015/364/PESC, fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/357, fil-premessa 4 tad-Deċiżjoni 2015/876/PESC, fil-premessa 3 tar-Regolament (UE) Nru 2015/357, fil-premessa 4 tad-Deċiżjoni 2016/318/PESC, irriprodotti fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/357.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt imwettaq mill-Kunsill.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur manifest tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti.

____________