Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Lukash vs Il-Kunsill

(Kawża T-210/16) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukration en Ukraine – Gel des fonds – Liste des personnes, entités et organismes auxquels s’applique le gel des fonds et des ressources économiques – Maintien du nom de la requérante sur la liste – Obligation de motivation – Non-respect des critères d’inscription sur la liste – Erreur de fait – Erreur d’appréciation – Droits de la défense – Droit à un recours effectif – Droit de propriété »)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Lukash (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u J. P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikol 263 TFUE u intiża għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal- 5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), fit-tieni lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 62, p. 1), fit-tielet lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/876 tal-5 ta’ Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 142, p. 30), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/869 tal-5 ta’ Ġunju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 142, p. 1), fir-raba’ lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2016, L 60, p. 1), u, fil-ħames lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2017, L 58, p. 34), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2017, L 58, p. 1), safejn l-isem tar-rikorrenti ġie inkluż u nżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalhom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Olena Lukash hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 243, 4.7.2016.