Language of document : ECLI:EU:T:2018:332





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Lukash vs Il-Kunsill

(Kawża T-210/16)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista – Obbligu ta’ motivazzjoni – Inosservanza tal-kriterji ta’ inklużjoni fil-lista – Żball fattwali – Żball ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-dfiża – Dritt għal rimedju effettiv – Dritt tal-proprjetà”

1.      Rikors għal annullament – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officcio mill-qorti tal-Unjoni

(Artikolu 263(6) TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 59 u 60)

(ara l-punt 61)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni involuti f’użu ħażin minn fondi pubbliċi – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja – Limiti – Motivazzjoni li ma tistax tikkonsisti f’formulazzjoni ġenerali u stereotipata

[Artikolu 296(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/119/PESC, (PESK) 2015/364, (PESK) 2015/876, (PESK) 2016/318 u (PESK) 2017/381; Regolamenti tal-Kunsill Nru 208/2014, 2015/357, 2015/869, 2016/311 u 2017/374]

(ara l-punti 72-75, 78)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Obbligu li jiġu kkomunikati r-raġunijiet individwali u speċifiċi li jiġġustifikaw id-deċiżjoni meħuda – Obbligu li l-persuna kkonċernata tiġi permessa tesponi b’mod utli l-opinjoni tagħha dwar il-motivi allegati kontriha

[Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/119/PESC, (PESK) 2015/364, (PESK) 2015/876, (PESK) 2016/318 u (PESK) 2017/381; Regolamenti tal-Kunsill Nru 208/2014, 2015/357, 2015/869, 2016/311 u 2017/374]

(ara l-punti 76, 77, 153)

4.      Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fuq il-mertu

(Artikolu 263 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punt 79)

5.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi kontra l-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni involuti f’użu ħażin min fondi pubbliċi – Obbligi tal-Kunsill – Komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata tal-elementi li jinkulpawha u dritt għal smigħ – Portata

[Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2), u 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/119/PESK, (PESK) 2015/364, (PESK) 2015/876, (PESK) 2016/318 u (PESK) 2017/381; Regolamenti tal-Kusnill Nru 208/2014, 2015/357, 2015/869, 2016/311 u 2017/374]

(ara l-punti 95-97)

6.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu, għall-Kunsill, li jivverifika b’mod sistematiku l-provi prodotti mill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz – Assenza

[Artikolu 6(1),subparagrafu 1 TUE; Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41, 47 u 51(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/119/PESC, (PESK) 2015/364, (PESK) 2015/876, (PESK) 2016/318 u (PESK) 2017/381; Regolamenti tal-Kunsill Nru 208/2014, 2015/357, 2015/869, 2016/311 u 2017/374]

(ara l-punti 149-151, 154, 157-159, 161-165, 197-199, 205)

7.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni involuti f’użu ħażin min fondi pubbliċi – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

[Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/119/PESC, (PESK) 2015/364, (PESK) 2015/876, (PESK) 2016/318 u (PESK) 2017/381; Regolamenti tal-Kunsill Nru 208/2014, 2015/357, 2015/869, 2016/311 u 2017/374]

(ara l-punt 192)

8.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni involuti f’użu ħażin min fondi pubbliċi – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika – Kundizzjonijiet – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

[Artikolu 21(2) TUE; Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17(1) u 52(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/119/PESK, (PESK) 2015/364, (PESK) 2015/876, (PESK) 2016/318 u (PESK) 2017/381; Regolamenti tal-Kunsill Nru 208/2014, 2015/357, 2015/869, 2016/311 u 2017/374]

(ara l-punti 220-222, 225, 226, 229)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikol 263 TFUE u intiża għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), fit-tieni lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 62, p. 1), fit-tielet lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/876 tal-5 ta’ Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 142, p. 30), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/869 tal-5 ta’ Ġunju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 142, p. 1), fir-raba’ lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2016, L 60, p. 1), u, fil-ħames lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2017, L 58, p. 34), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2017, L 58, p. 1), safejn l-isem tar-rikorrenti ġie inkluż u nżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Olena Lukash hija kkundannata għall-ispejjeż.