Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2024 – Çolakoğlu Metalurji u Çolakoğlu Dış Ticaret vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/21) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mit-Turkija – Dazji anti-dumping definittivi – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1100 – Aġġustament – Artikolu 2(10)(b), (i) u (j) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Funzjonijiet komparabbli ma’ dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjonijiet – Entità ekonomika waħda – Dazji fuq l-importazzjoni – Kalkolu tal-marġni ta’ dumping – Iħħeġġjar ta’ qligħ u ta’ telf – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal smigħ”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Çolakoğlu Metalurji AŞ (Istanbul, it-Turkija), Çolakoğlu Dış Ticaret AŞ (Istanbul) (rappreżentanti: J. Cornelis u F. Graafsma, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u J. Zieliński, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mit-Turkija (ĠU 2021, L 238, p. 32).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Çolakoğlu Metalurji AŞ u Çolakoğlu Dış Ticaret AŞ huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 471, 22.11.2021.