Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2024 – Max Heinr. Sutor vs SRB

(Kawża T-393/21) 1

(“Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Max Heinr. Sutor OHG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Glos, M. Rätz, H.-U. Klöppel u M. Meisgeier, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. Kerlin, C. De Falco u T. Wittenberg, aġenti, assistiti minn B. Meyring, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti qiegħda titlob l-annullament tad-deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, sa fejn din tikkonċernaha.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Max Heinr. Sutor OHG.

L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22, sa fejn tikkonċerna lil Max Heinr. Sutor OHG, jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’perijodu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data li fiha tingħata din is-sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida tas-SRB li tiffissa l-kontribuzzjoni ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ta’ din l-istituzzjoni għas-sena 2021.

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Max Heinr. Sutor OHG.

____________

1     ĠU C 349, 30.8.2021.