Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – U4U et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-17/14) 1

[“Dispożizzjonijiet partikolari u derogi applikabbli għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz – Karriera ta’ uffiċjali li għandhom il-grad ta’ amministratur – Emenda tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni – Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 – Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni tal-atti – Nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal u mal-organizzazzjonijiet sindakali”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union pour l’unité (U4U) (Brussell, il-Belġju), Unité & solidarité – Hors Union (USHU) (Brussell), Regroupement Syndical (RS), (St Josse ten Noode, il-Belġju), Georges Vlandas (Brussell) (rappreżentant: F. Krenc, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u E. Taneva, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u A. Bisch, sussegwentement M. Bauer, M. Veiga u J. Herrmann, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-partijiet konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(27), (61), (70) u (73)(k), tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, L 287, p. 15), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jemendaw l-Artikolu 45 u l-Annessi I, X u XIII tal-imsemmija Regolamenti tal-Persunal, annessi għar-Regolament Nru 31 (KEE)/11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 1962, 45, p. 1385).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L-Union pour l’Unité (U4U), l-Unité & solidarité - Hors Union (USHU), ir-Regroupement Syndical (RS) u Georges Vlandas huma kkundannati għall-ispejjeż.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU 112, 14.4.2014