Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Lulju 2011 - Arla Foods vs UASI - Artax (Lactofree)

(Kawża T-364/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arla Foods AMBA (Viby J, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Hansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Artax Beteiligungs- und Vermögensverwaltungs AG (Linz, l-Awstrija)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' April 2011 fil-Każ R 1357/2009-2, u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4647533 tkun dikjarata invalida għal oġġetti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 skont id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-11 ta' Settembru 2009; u

tordna lill-konvenut u l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark figurattiva "Lactofree", għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 - reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4647533

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażat it-talba tagħha fuq l-Artikoli 53(1)(a) u 8(1) (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, li kien ibbażat fuq reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark Komunitarja Nru 4532751 għat-trade mark figurattiva (bil-kulur) "lactofree", għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Laqgħet il-kanċellazzjoni għal parti mill-prodotti

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 53(1)(a) u 8 (1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tiegħu tal-paragun tas-sinjali u għalhekk fl-evalwazzjoni ġenerali tiegħu fir-rigward tal-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks figurattivi "lactofree" u "Lactofree".

____________