Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2024 – VI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-147/23) 1

(“Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/150/21-3 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni – Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 5 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: VI (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Hohenecker, I. Melo Sampaio u G. Niddam, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti, titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-20 ta’ Mejju 2022 li rrifjutat l-ammissjoni tagħha fit-tielet stadju tal-kompetizzjoni EPSO/AST/150/21.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

VI hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 179, tat-22.5.2023.