Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2024 – Versobank vs BĊE

(Kawża T-421/23) 1

(“Rikors għad-danni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-BĊE – Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Ksur tar-rekwiżiti formali – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura – Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Versobank AS (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Yoo, A. Pizzolla u G. Marafioti, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-dannu li hija ġarrbet minħabba, minn naħa, l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropea (BĊE) SSM-2018-EE2 WHD-2017-0012 tas-17 ta’ Lulju 2018 dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u, min-naħa l-oħra, l-aġir tal-BĊE relatat ma’ dik id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kunsill.

Versobank SA hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talba għal intervent.

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C, C/2023/23, 9.10.2023.