Language of document :

Rikors ippreżentat fil-4 ta’ Diċembru 2023 – Funline International vs EUIPO - MS Trade (JUNGLE PREMIUM)

(Kawża T-1135/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Funline International (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: Z. Juppová, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MS Trade s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark tal-Unjoni Ewropea JUNGLE PREMIUM – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 951 295

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 2263/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal revoka; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-portata tal-protezzjoni kkonferita mir-reġistrazzjoni tat-trade mark u fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-użu ġenwin tagħha;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-natura tal-prodotti li fir-rigward tagħhom ġiet irreġistrata t-trade mark;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-funzjoni ta’ trade mark;

Ksur tal-Artikolu 19(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ.

____________