Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Air France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-63/11) 1
[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru – Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzjiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karbunat u ta’ sovrataxxi marbuta mis-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru – Obbligu ta’ motivazzjoni”]
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société Air France SA (Roissy-en-France, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. Thibault-Liger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, S. Noë u N. von Lingen, aġenti, assistiti minn B. Lebrun, avukat, sussegwentement C. Giolito u A. Dawes, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón, M. Simm u M. Balta, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 - Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament tal-Artikolu 5(b) ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn dan jimponi multa fuq ir-rikorrenti, jew għat-tnaqqis ta’ din il-multa.
Dispożittiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 - Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata, sa fejn din tirrigwarda lil Société Air France SA.
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Société Air France SA.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
____________1 ĠU C 95, 26.03.2011.