Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Jannar 2011 - Air France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-63/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société Air France (Roissy Charles de Gaulle, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. Thibault-Liger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2010) 7694 finali, tad-9 ta' Novembru 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru Każ COMP/39258 - Trasport tal-merkanzija bl-ajru, sa fejn tikkonċerna lil SociétéAir France kif ukoll il-motivi li huma l-bażi tad-dispożittiv tagħha;

għall-anqas, tannulla l-Artikolu 5(b) tad-Deċiżjoni Nru C(2010) 7694 finali, tad-9 ta' Novembru 2010, li jimponi multa fuq Société Air France u l-motivi li huma l-bażi tiegħu, jew tnaqqas din il-multa b'ammont xieraq abbażi tal-Artikolu 261 TFUE;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-isepejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-62/11, Air France - KLM vs Il-Kummissjoni.

____________