Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Ġunju 2010 - Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-549/08) 1

"FSE - Sospensjoni ta' għajnuna finanzjarja - Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi relatati mas-suq tax-xogħol - Nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' amministrazzjoni jew ta' kontroll li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi - Artikolu 39(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Aspettattivi leġittimi"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: M. Fisch,, aġent, assistit minn P. Kinsch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u B. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2008) 5383 tal-Kummissjoni, tal-24 ta' Settembru 2008, dwar is-sospensjoni ta' ħlasijiet provviżorji tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) lid-dokument uniku ta' pprogrammar għall-għajnuna strutturali Komunitarja li taqa' taħt l-objettiv Nru 3 fil-Lussemburgu, u tad-Deċiżjoni C (2008) 5730 tal-Kummissjoni, tas-6 ta' Ottubru 2008, dwar is-sospensjoni ta' ħlasijiet provviżorji tal-programm ta' inizjattiva Komunitarja tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi relatati mas-suq tax-xogħol (EQUAL) fil-Lussemburgu.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C ##, ##.