Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2012 - RiskMetrics Solutions vs UASI (RISKMANAGER)

(Kawża T-557/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: RiskMetrics Solutions LLC (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. De Freitas, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha sabiex it-trade mark Komunitarja Nru 9 446 881 tiġi aċċettata u tgħaddi għall-pubblikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI sabiex iħallas l-ispejjeż kollha tal-appellant fir-rigward ta' dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "RISKMANAGER" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 446 881

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________