Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Novembru 2010 - Nordmilch vs UASI - Lactimilk (MILRAM)

(Kawża T-546/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nordmilch AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lactimilk, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Settembru 2010 fil-Każijiet magħquda R 1041/2009-4 u R 1053/2009-4, sa fejn tirrifjuta l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja 002 851 384 għal ċerti prodotti fil-klassijiet 5 u 29;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "MILRAM" għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30, 32, 33 u 43.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Lactimilk, SA.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali "RAM", għal prodotti fil-klassi 29, kif ukoll diversi trade marks verbali nazzjonali "RAM" għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzalment miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni miċħuda, sa fejn ġiet miċħuda l-oppożizzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti u reġistrazzjoni tal-prodotti inkwistjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni, fir-rigward ta' trade mark opposta, li l-protezzjoni tagħha kienet skadiet meta ngħatat id-deċiżjoni tal-15 ta' Settembru 2010.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)