Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2013 – Lumene vs UASI (THE YOUTH EXPERTS)

(Kawża T-484/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lumene Oy (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 187/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “THE YOUTH EXPERTS” għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 3, 5 u 44 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 112 578 li tirreferi għall-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(2) tar-RTMK