Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ġunju 2007 - ITT Manufacturing Enterprises vs L-UASI - ITT Trademark & Trade (I.T.T)

(Kawża T-231/07)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ITT Manufacturing Enterprises Inc. (Wilmington, L-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Delord, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: ITT Trademark & Trade GmbH (Munich, Il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tikkonferma d-deċiżjoni Nru 565/2005 u tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż;

sussidjarjament, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata, tikkonferma d-deċiżjoni Nru 565/2005 u tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ITT Trademark & Trade GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja verbali "ITT" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9 u 11 - applikazzjoni Nru 1 152 339

Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: ITT Manufacturing Entreprises Inc.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks nazzjonali figurattivi kif ukoll trade marks magħrufa tajjeb iżda mhux irreġistrati użati fil-kummerċ fil-Komunità li jikkontjenu jew jikkonsistu fl-element verbali "ITT" għal prodotti u servizzi f'numru kbir ta' klassijiet.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni kollha kemm hi.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-oppożizzjoni.

Motivi: Ir-rikorrenti tikkontesta l-konklużjoni tal-Bord ta' l-Appell li d-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq trade mark inkorretta.

____________