Language of document : ECLI:EU:T:2014:967





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2014 —
Think Schuhwerk vs UASI — Müller (VOODOO)

(Kawża T‑50/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali VOODOO — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv ta’ sinjal — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 18-20)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Reġistrazzjoni b’mod kuntrarju għall-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Trade mark verbali VOODOO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c), u 52(1)(a)) (ara l-punti 22, 26-28, 33-35)

3.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 29)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 45-47)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 52)

6.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Applikant fil-mala fide matul il-preżentata tal-applikazzjoni għat-trade mark — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punt 55)

7.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Applikant fil-mala fide matul il-preżentata tal-applikazzjoni għat-trade mark — Trade mark verbali VOODOO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punti 58-60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2012 (Każ R 474/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Think Schuhwerk GmbH u Andreas Müller.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Think Schuhwerk GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.