Language of document :





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 – PASP et vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑177/11 R)

“Proċedura għal miżuri provviżorji – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire – Iffriżar ta’ fondi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Tħassir tal-kawża fil-proċeduri prinċipali – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Proċedura għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Rinunzja għall-atti mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali - Talba għal miżuri provviżorji li ma għadx għandha skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 3, 4)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex tikseb, b’mod konformi mal-Artikolu 278 TFUE, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.

2)

Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż.