Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2015 – Teughels vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/14 P) 1

(“Appell – Appell inċidentali – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Trasferiment tad-drittijiet miksuba taħt skema ta’ pensjoni nazzjonali – Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Inammissibbiltà ta’ rikors fl-ewwel istanza – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Catherine Teughels (Eppegem, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Vogel u B. Braun, avukati)

Parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Qorti Plenarja) tal-11 ta’ Diċembru 2013, mogħtija fil-Kawża F-117/11, Teughels vs Il-Kummissjoni (F-117/11, Ġabra, EU:F:2013:196), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Qorti Plenarja) tal-11 ta’ Diċembru 2013, Teughels vs Il-Kummissjoni (F-117/11), hija annullata.Ir-rikors ippreżentat minn Catherine Teughels quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-117/11 huwa miċħud.Catherine Teughels għandha tbati l-ispejjeż tagħha fl-ewwel istanza kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea relatati mal-appell. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-appell inċidentali.Catherine Teughels kif ukoll il-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza.

____________

1 ĠU C 159, 26.5.2014.