Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-5 ta’ Frar 2016 – Kicktipp vs UASI – Società Italiana Calzature (kicktipp)

(Kawża T-135/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali kicktipp – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KICKERS – Regola 19 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Regola 98(1) tar-Regolament Nru 2868/95 – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kicktipp GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Società Italiana Calzature Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: G. Cantaluppi, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1061/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Società Italiana Calzature Srl u Kicktipp GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1061/2012-2), hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kicktipp GmbH.

Società Italiana Calzature Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 135, 5.5.2014.