Language of document : ECLI:EU:T:2015:734

Kawża T‑136/14

Tilda Riceland Private Ltd

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI — Trade mark preċedenti mhux irreġistrata jew sinjal preċedenti BASMATI — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015

1.      Dritt nazzjonali – Riferiment għal liġijiet nazzjonali – Dritt tar-Renju Unit – Sistema tal-azzjoni kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off)

2.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Użu tas-sinjal fil-kummerċ – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4))

3.      Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 20-22)

2.      Fil-kuntest tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 fuq it-trade mark Komunitarja, is-sinjal inkwistjoni għandu jintuża bħala karatteristika distintiva fis-sens li għandu jservi sabiex tiġi identifikata attività ekonomika eżerċitata mill-proprjetarju tiegħu.

Madankollu, dan ma jfissirx li l-funzjoni tal-użu ta’ sinjal, fil-kuntest tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jimmira esklużivament sabiex jidentifika l-oriġini kummerċjali tal-prodotti u s-servizzi inkwistjoni.

Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tkopri t-trade marks mhux irreġistrati u kull “sinjal ieħor” użat fil-kummerċ. F’dan il-kuntest, u fin-nuqqas ta’ indikazzjoni kuntrarja, il-funzjoni tal-użu tas-sinjal inkwistjoni jista’ jirriżulta, skont in-natura tal‑imsemmi sinjal, mhux biss fl-identifikazzjoni mill-pubbliku rilevanti tal-oriġini kummerċjali tal-prodott ikkonċernat, iżda wkoll, b’mod partikolari, fl-identifikazzjoni tal-oriġini ġeografika tiegħu u tal-kwalitajiet partikolari u intrinsiċi tiegħu jew tal-karatteristiċi li jsaħħu r-reputazzjoni tiegħu. Is-sinjal inkwistjoni, skont in-natura tiegħu, jista’ għalhekk jiġi deskritt bħala karatteristika distintiva meta jintuża sabiex jiġu identifikati l-prodotti jew is-servizzi ta’ impriża minn dawk ta’ impriża oħra, iżda wkoll, b’mod partikolari, meta jintuża sabiex jidentifika ċerti prodotti jew servizzi minn prodotti u servizzi simili. Interpretazzjoni differenti teskludi mill-benefiċċju tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 is-sinjali li huma użati minn diversi operaturi jew li huma użati flimkien ma’ trade marks, anki jekk din id-dispożizzjoni ma tipprevedix din l-esklużjoni.

(ara l-punti 27-29)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 33)