Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-2 ta' Frar 2012 - Almunia Textil vs UASI - FIBA-Europe (EuroBasket)

(Kawża T-596/10) 

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trademark Komunitarja verbali EuroBasket - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Basket - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Almunia Textil, SA (La Almunia de Doña Godina, Spanja) (rappreżentant: J.E. Astiz Suárez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FIBA-Europe eV (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Hogh Holub, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' Ottubru 2010 (Każ R 280/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Almunia Textil, SA u FIBA-Europe eV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Almunia Textil, SA, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn FIBA-Europe eV, inkluż, f'dak li jikkonċerna din tal-aħħar, l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.    

____________

1 - ĠU C 80, 12.03.2011.