Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2014 – Cantina Broglie 1 vs UASI – Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (RIPASSA)

(Kawża T-595/10) 1

[“Trade mark Komunitarja Proċedimenti ta’ oppożizzjoni Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RIPASSA Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VINO DI RIPASSO Raġuni relattiva għal rifjut Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cantina Broglie 1 Srl (Peschiera del Garda, l-Italja) (rappreżentanti: A. Rizzoli, avukat, ammess li jissostitwixxi lil A. Zenato)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (Verona, l-Italja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2010 (Każ R 63/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona u Alberto Zenato Dispożittiv1)    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Settembru 2010 (Każ R 63/2010-1) hija annullata. 2)    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-pro

ċediment

i quddiem il-Bord tal-Appell.