Language of document : ECLI:EU:T:2014:554





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2014 –

Cantina Broglie 1 vs UASI – Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (RIPASSA)

(Kawża T‑595/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RIPASSA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VINO DI RIPASSO – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009  – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 20)

3.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Deċiżjoni ta’ unità tal-Uffiċċju li tagħmel parti mill-kuntest tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell (ara l-punt 26)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2010 (Każ R 63/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona u Alberto Zenato.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Settembru 2010 (Każ R 63/2010-1) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.