Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Diċembru 2010 - Almunia Textil vs UASI - FIBA Europe (EuroBasket)

(Kawża T-596/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Almunia Textil SA (La Almunia de Doña Godina, Spanja) (rappreżentant: J. E. Astiz Suárez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : FIBA Europe eV (München, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta' Ottubru 2010, fil-Każ R 280/2010-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: FIBA Europe eV.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "EuroBasket" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 24, 25, 26, 28, 35, 38 u 41.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja u nazzjonali li tinkludi l-element verbali "Basket", għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għall-prodotti fil-klassijiet 9, 25, 28 u 41 miċħuda parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).