Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2010 - Biodes vs UASI - Manasul International (LINEASUL)

(Kawża T-598/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Biodes, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manasul International, SL (Ponferrada, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Settembru 2010 fil-Każ R 1520/2009-1, u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra intervenjenti eventwali favur tiegħu għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li għandha l-element verbali "LINEASUL" għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Manasul International, SL

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi nazzjonali li għandhom l-elementi verbali "MANASUL" u "MANASUL ORO" għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li ma jeżisti l-ebda xebh bejn it-trade marks konfliġġenti u l-Bord tal-Appell naqas li jeżamina l-prova tal-użu tat-trade marks preċedenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).