Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2016 – Izsák u Dabis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-529/13) 1

[“Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Politika ta’ koeżjoni – Reġjuni b’minoranza nazzjonali – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Nuqqas manifest ta’ attribuzzjonijiet tal-Kummissjoni – Artikolu 4(2)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011”]

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Balázs-Árpád Izsák (Târgu Mureș, ir-Rumanija) u Attila Dabis (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: inizjalment J. Tordáné dr. Petneházy, sussegwentement D. Sobor, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment H. Krämer, K. Talabér-Ritz, A. Steiblytė u P. Hetsch, sussegwentement K. Talabér-Ritz, K. Banks, H. Krämer u B.-R. Killmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, G. Szima u G. Koós, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna, aġent), Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, R. Haţieganu, D. Bulancea u M. Bejenar, aġenti) u r-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová, aġenti)

Oġġett

Talba għal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4975 finali, tal-25 ta’ Lulju 2013, li tirrifjuta t-talba għal reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini tar-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Balázs-Árpád Izsák u Attila Dabis għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

L-Ungerija, ir-Repubblika Ellenika, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 ĠU C 24, 25.1.2014.