Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Frar 2018 – International Gaming Projects vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE TURBO)

(Kawża T-210/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TRIPLE TURBO – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea TURBO – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (Qormi, Malta) (rappreżentant: M. Garayalde Niño, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zitro IP Sàrl (Lussembrugu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2017 (Każ R 119/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zitro IP u International Gaming Projects.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Frar 2017 (Każ R 119/2016-4) hija annullata.

2)    L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn International Gaming Projects Ltd.

3)    Zitro IP Sàrl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 161, 22.5.2017.