Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2017 – International Gaming Projects vs EUIPO - Zitro IP (TRIPLE TURBO)

(Kawża T-210/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (Qormi, Malta) (rappreżentant: M. D. Garayalde Niño, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “TRIPLE TURBO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 140 207

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 119/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________