Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Romantik Hotels & Restaurants vs EUIPO – Hotel Preidlhof (ROMANTIK)

(Kawża T-213/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ROMANTIK – Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv akkwistat mill-użu – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Romantik Hotels & Restaurants AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hofmann u W. Göpfert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Lenz u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hotel Preidlhof GmbH (Naturns, l-Italja) (rappreżentant: A. Wittwer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2017 (Każ R 1257/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Hotel Preidlhof u Romantik Hotels & Restaurants.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Romantik Hotels & Restaurants AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 168, 29.5.2017.