Language of document : ECLI:EU:T:2018:392





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 –
Amplexor Luxembourg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T211/17)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Klassifikazzjoni ta’ offerent fi proċedura ta’ kaskata — Trattament ta’ opinjonijiet bil-għan li jiġu ppubblikati fis-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Newtralizzazzjoni tal-vantaġġ tal-kontraent preżenti — Abbuż ta’ poter”

1.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti formali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Formulazzjoni inekwivokabbli tat-talbiet tar-rikorrent

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenrali, Artikolu 76(d) u (e))

(ara l-punt 24)

2.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza — Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 102(1))

(ara l-punti 34-36)

3.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Neċessità li l-vantaġġi kollha tal-offerent kontraenti attwali jiġu nnewtralizzati b’mod assolut — Assenza — Kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ newtralizzazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 102(1))

(ara l-punti 37, 38, 41, 43, 45, 62, 63)

4.      Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 71)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP) tat-13 ta’ Frar 2017 li jikklassifika lir-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni fil-kuntest tas-sejħa għal offerti Nru 10651 għall-konklużjoni ta’ kuntratt qafas ta’ kaskata għat-trattament ta’ opinjonijiet bil-għan li jiġu ppubblikati fis-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Amplexor Luxembourg Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

2)

Amplexor Luxembourg Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.