Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Marzu 2012 - Octapharma Pharmaeutika vs Aġenzija Ewropea ghall-Mediċini

(Kawża T-573/10) 

("Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Emendi fil-fajl permanenti tal-plażma (DPP) - Tariffi dovuti lil-EMA - Att li jikkawża preġudizzju - Att purament konfermattiv - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Octapharma Pharmazeutika Produktionsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: I. Brinker, T. Holzmüller, avukati, u J. Schwarze, professeur)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea ghall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: V. Salvatore, aġent, H. G. Kamann u P. Gey, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-21 ta' Ottubru 2010 (EMA/643425/2010) li permezz tagħha l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) irrifjutat li tirrimoborsa lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 180 700 ekwiparabbli għad-differenza, minn naħa, bejn dak li din tal-aħħar ħallset bħala tariffi għall-eżami tal-emendi tat-termini ta' awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għal prodotti mediċinali veterinarji u, minn naħa oħra, dak li fl-opinjoni tagħha, hija għandha tħallas.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Octapharma Pharmazeutika Produktionsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 19.02.2011.