Language of document : ECLI:EU:T:2015:76





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 — 
Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf

(Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

(Kawża T‑570/10 RENV)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti WOLF Jardin u Outils WOLF — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Dannu lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Prova (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 38)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 47, 50, 53)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Rabta bejn it-trade marks — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 48, 49)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Prova (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 51, 52)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société Elmar Wolf u Environmental Manufacturing LLP.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Environmental Manufacturing LLP quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

3)

Société Elmar Wolf għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Environmental Manufacturing quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.