Language of document : ECLI:EU:T:2011:273





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2011 – Graf-Syteco vs UASI – Teco Electric & Machinery (SYTECO)

(Kawża T-229/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SYTECO – Trade marks nazzjonali u tal-Benelux figurattivi preċedenti TECO – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Frar 2010 (Każ R 230/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teco Electric & Machinery Co. Ltd u Graf-Syteco GmbH & Co. KG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Graf-Syteco GmbH & Co. KG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali SYTECO għal prodotti u servizzi tal-klassi 9, 37 u 42 – Applikazzjoni Nru 5061494

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Teco Electric & Machinery Co. Ltd

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Erba’ trade marks figurattivi nazzjonali li jinkludu l-element verbali TECO għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Graf-Syteco GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.