Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Novembru 2011 - Galileo International Technology vs UASI - Residencias Universitarias (GALILEO)

(Kawża T-188/09) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Ċessjoni tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galileo International Technology (Bridgetown, Barbade) (rappreżentanti: M. Blair u K. Gilbert, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI,: Residencias Universitarias, SA (Valencia, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Frar 2009 (Każ R 471/2005-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Residencias Universitarias, SA u Galileo International Technology, LLC.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009.