Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' April 2009 - Tailor vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' but tal-lemin)

(Kawża T-283/07)1

("Trade mark Komunitarja - Talba għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta but tal-lemin - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Rikors li huwa manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Tom Tailor GmbH (Ħamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S.O. Gillert, K. Vanden Bossche u F. Schiwek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, agent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Mejju 2007 (Każ R 668/2006-1) dwar ir-reġistrazzjoni ta' sinjal figurattiv li jirrappreżenta but tal-lemin bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

Tom Tailor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 235, 6.10.2007.