Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2007 - ecoblue vs L-UASI - BBVA (Ecoblue)

(Kawża T-281/07)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ecoblue AG (Monaku, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: avukati C. Osterrieth u T. Schmitz)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-25 ta' April 2007, kawża Nru R 844/2006-1;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA kontra t-trade mark denominattiva li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha "ecoblue";

tordna li l-Uffiċċju għandu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark denominattiva "ecoblue" għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 38 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2871598).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade marks denominattivi "BLUE" (trade mark Komunitarja Nru 1345974), "BLUE JOVEN" (trade mark Komunitarja Nru 2065100), "BLUE BBVA" (trade mark Komunitarja Nru 2065621), "TARJETA BLUE BBVA" (trade mark Komunitarja Nru 2277291), "QNTAME BLUE" (trade mark Komunitarja Nru 2391878), "HIPOTECA BLUE" (trade mark Komunitarja Nru 2392181), "HIPOTECA BLUE JOVEN" (trade mark Komunitarja Nru 2194998) u "MOTOR BLUE JOVEN" (trade mark Komunitarja Nru 3060878)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad ir-reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħdet l-appell.

Motivi invokati: ksur ta' l-Art 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress li t-trade marks in kwistjoni mhumiex simili u għaldaqstant ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, paġ. 1).