Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2007 - Tom Tailor vs L-UASI (Gesäßtasche rechts)

(Kawża T-283/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tom Tailor GmbH (Amburgu, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S.O. Gillert, K. Vanden Bossche u F. Schiwek)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Mejju 2007 (każ R 668/2006-1)

tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : It-trade mark figurattiva 'Gesäßtasche rechts' għal prodotti fil-klassi 25 (Applikazzjoni Nru 4 287 769).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħda ta' l-applikazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94,1 peress li t-trade mark figurattiva li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha hija suffiċjentement distinta.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).