Language of document : ECLI:EU:T:2009:121





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ April 2009 – Tailor vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ but tax-xellug)

(Kawża T-282/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta but tax-xellug – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20-24)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Mejju 2007 (Każ R 669/2006-1), dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta but tax-xellug bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Tom Tailor GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva li tirrappreżenta but tax-xellug għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni Nru 4287751

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt

2)

Tom Tailor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.